Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Affarijiet t’Għajnuna fil-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!

Affarijiet t’Għajnuna fil-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!

Tieħu pjaċir tuża l-vidjows fil-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! u l-mistoqsijiet dwar l-opinjoni tal-istudent? U xi ngħidu għal “Ħafna Jgħidu,” “Ipprova Dan,” u “Ara Iżjed”? X’affarijiet oħra tistaʼ ssib t’għajnuna meta tikkonduċi studju tal-Bibbja?—Mt 28:19, 20.

Vidjows u Artikli: Jekk tippreferi tikkonduċi studju tal-Bibbja billi tuża ktieb stampat, kif tistaʼ b’mod faċli taċċessa l-vidjows kollha kif ukoll artikli f’post wieħed? Fil-ktieb diġitali, agħżel waħda mill-erbaʼ partijiet prinċipali. Fin-naħa t’isfel taʼ kull parti, tistaʼ tara l-vidjows u l-artikli għal dik il-parti. (Ara stampa 1.)

Setting tal-“Printed Edition”: Jekk qed tistudja maʼ xi ħadd permezz taʼ mowbajl jew tablet, tistaʼ ssibha t’għajnuna li tuża s-setting “Printed Edition” f’diversi ħinijiet matul l-istudju. Waqt il-lezzjoni, agħfas fuq it-tliet tikek fin-naħa taʼ fuq tal-paġna u agħżel “Printed Edition.” Dan se jgħinek biex iżżomm stampa ċara f’moħħok taʼ kif il-materjal li qed tiddiskuti għandu x’jaqsam mat-tema tal-lezzjoni. Biex tmur lura għall-edizzjoni diġitali, erġaʼ agħfas it-tliet tikek u agħżel “Digital Edition.”

“Lest Jien?”: Dawn il-kaxxi lejn l-aħħar tal-ktieb jitkellmu dwar il-kwalifiki bażiċi biex tipprietka mal-kongregazzjoni u titgħammed. (Ara stampa 2.)

Noti fl-Aħħar: In-noti fl-aħħar jagħtuna spjegazzjoni dwar ċerti suġġetti importanti. Il-ktieb diġitali jinkludi link fl-aħħar tan-nota li se tieħdok lura għal-lezzjoni. (Ara stampa 2.)

Agħmel ċert li tistudja l-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! kollu mal-istudenti progressivi tal-Bibbja, anke jekk ikunu tgħammdu qabel ma jispiċċawh. Int tistaʼ tkompli tgħodd il-ħin, iż-żjajjar lura, u l-istudju anke wara li l-istudent ikun tgħammed. Il-pubblikatur li jkun miegħek u li jipparteċipa fl-istudju wkoll jistaʼ jgħodd il-ħin