Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġeħova Jsalva lil Dawk li Huma Mdejqin

Ġeħova Jsalva lil Dawk li Huma Mdejqin

Kulħadd iħossu mdejjaq xi kultant. Jekk tħossok imdejjaq ma jfissirx li m’għandekx fidi f’Ġeħova. Wara kollox, anke Ġeħova qal li ġieli jkun imdejjaq. (Ġen 6:​5, 6) Imma x’tistaʼ tagħmel jekk taʼ spiss jew anke l-ħin kollu tħossok imdejjaq?

Itlob lil Ġeħova għall-għajnuna. Ġeħova vera jimpurtah minn kif inħossuna. Hu jaf meta nkunu ferħanin u meta nħossuna mdejqin. Hu jifhem kif inħossuna u kif naħsbu. (Sa 7:9b) L-iżjed importanti, Ġeħova jimpurtah minna u jistaʼ jgħinna nkampaw mad-dwejjaq jew anke mad-dipressjoni.—Sa 34:18.

Ħu ħsieb is-saħħa mentali tiegħek. Meta nkunu skuraġġiti, mhux talli ma nkunux ferħanin imma l-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova tistaʼ tiġi affettwata. Għalhekk, hu importanti li nipproteġu lil qalbna, jiġifieri dak li aħna minn ġewwa bħal x’naħsbu u xi nħossu.—Pr 4:23.

ARA L-VIDJOW KIF L-AĦWA GĦANDHOM IL-PAĊI MINKEJJA D-DIPRESSJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Nikki x’għamlet biex tkampa mad-dipressjoni?

  • Nikki għala ħasset li kellha bżonn l-għajnuna medika?—Mt 9:12

  • Nikki kif straħet fuq Ġeħova biex jgħinha?