Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Strieħ Fuq Ġeħova Meta Tiġi Bbuljat

Strieħ Fuq Ġeħova Meta Tiġi Bbuljat

Il-bullies jistgħu jweġġgħuna fiżikament u jġegħluna nħossuna mdejqin. U jekk nibżgħu meta jaqbdu magħna dwar dak li nemmnu, jistgħu wkoll jagħmlu ħsara lill-ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova. Kif tistaʼ tipproteġi lilek innifsek meta tiġi bbuljat?

Ħafna qaddejja taʼ Ġeħova rnexxielhom ikampaw mal-bullies billi straħu fuq Ġeħova. (Sa 18:17) Pereżempju, Ester tkellmet biex tikxef il-pjanijiet taʼ bully kattiv jismu Ħaman. (Est 7:​1-6) Qabel ma għamlet hekk, hi wriet li straħet fuq Ġeħova billi ma kilitx u ma xorbitx għal tlett ijiem. (Est 4:​14-16) Ġeħova berikha għal dak li għamlet u pproteġa lilha u lin-nies tiegħu.

Żgħażagħ, jekk qed tiġu bbuljati x’tistgħu tagħmlu? Itolbu lil Ġeħova għall-għajnuna u tkellmu maʼ adult matur, bħall-ġenitur, dwar il-problema tagħkom. Tistaʼ tkun ċert li Ġeħova se jgħinek bħalma għen lil Ester. X’tistaʼ tagħmel iktar meta tiġi bbuljat?

ARA L-VIDJOW IL-ĦAJJA TAʼ TEENAGER—KIF TISTAʼ TKAMPA MAL-BULLYING? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Iż-żgħażagħ x’jistgħu jitgħallmu mill-eżempji taʼ Charlie u Ferin?

  • X’jistgħu jitgħallmu l-ġenituri minn dak li qalu Charlie u Ferin biex jgħinu lit-tfal tagħhom meta jiġu bbuljati?