Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

16-22 taʼ Settembru

SALMI 85-87

16-22 taʼ Settembru

Għanja 41 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. It-Talb Jgħinna Nissaportu

(10 min.)

Itlob lil Ġeħova biex jgħinek (Sa 86:4)

Itlob lil Ġeħova jgħinek tibqaʼ leali (Sa 86:​11, 12; w12 5/15 25 ¶10)

Kun ċert li Ġeħova se jwieġeb it-talb tiegħek (Sa 86:​6, 7; w23.05 13 ¶17-18)


STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘Meta jkolli l-problemi nitkellem iktar fit-tul u iktar spiss maʼ Ġeħova?’—Sa 86:3.

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 86:11—Mit-talba taʼ David x’nitgħallmu dwar qalbna? (it-1 1058 ¶5)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 3 punt 5)

5. Kompli Ibni l-Interess

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri studju tal-Bibbja lil xi ħadd li kien qallek li hu inkwetat dwar xi ħaġa li qed tiġri fid-dinja. (lmd lezzjoni 7 punt 4)

6. Agħmel Dixxipli

(5 min.) lff lezzjoni 15 punt 5. Iddiskuti mal-istudent kif se jsir l-istudju l-ġimgħa taʼ wara minħabba li int mhux se tkun tistaʼ fil-ġurnata tas-soltu. (lmd lezzjoni 10 punt 4)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 83

7. Taqtax Qalbek

(5 min.) Diskussjoni.

Uri l-VIDJOW. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Xi kultant għala nistgħu nibdew naqtgħu qalbna meta nippritkaw?

  • Għala m’għandniex naqtgħu qalbna?

8. Kompli Offri Studji tal-Bibbja!

(10 min.) Diskussjoni.

Irnexxielek tibda studju tal-Bibbja bil-browxer Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! matul il-kampanja speċjali taʼ dan ix-xahar? Jekk iva, żgur li int ferħan u l-aħwa jħossuhom inkuraġġiti wkoll! Imma jekk għad m’għandekx studju, forsi taħseb li l-isforzi tiegħek huma għalxejn. X’tistaʼ tagħmel jekk qed tħossok skuraġġit għax għadek ma bdejtx studju tal-Bibbja?

Uri l-VIDJOW Nuru li Aħna Qaddejja t’Alla Billi Nkunu Paċenzjużi—Meta Nippritkaw. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Jekk tħoss li s-service li qed tagħmel hu għalxejn, it-​2 Korintin 6:​4, 6 kif jgħinek?

  • Jekk tħoss li l-isforzi li għamilt biex tibda studju tal-Bibbja kienu qishom għalxejn, x’bidliet tistaʼ tagħmel?

Ftakar li l-ferħ tagħna ma jiddependix minn kemm ikollna studji tal-Bibbja. Aħna nkunu ferħanin għax nafu li l-isforzi li qed nagħmlu jogħġbu lil Ġeħova. (Lq 10:​17-20) Għalhekk, kompli agħmel dak kollu li tistaʼ f’din il-kampanja speċjali u kun ċert li ‘x-xogħol iebes tiegħek għall-Mulej qatt mhu għalxejn’!—1Ko 15:58.

9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 39 u Talba