Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

7-13 t’Ottubru

SALMI 92-95

7-13 t’Ottubru

Għanja 84 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Meta Taqdi lil Ġeħova Jkollok l-Aqwa Ħajja Possibbli!

(10 min.)

Ġeħova jixraqlu li naqduh (Sa 92:​1, 4; w18.04 28 ¶5)

Ġeħova jgħin lin-nies tiegħu jieħdu deċiżjonijiet tajbin u jkunu ferħanin (Sa 92:5; w18.11 23 ¶8)

Ġeħova jgħożż dak li jagħmlu wħud kbar fl-età biex jaqduh (Sa 92:​12-15; w20.01 19 ¶18)

STAQSI LILEK INNIFSEK, ‘X’qed iżommni milli niddedika ħajti lil Ġeħova u nitgħammed?’

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 92:5—Dan il-kliem kif jurina kemm hu għaref Ġeħova? (cl 176 ¶18)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(4 min.) XHIEDA INFORMALI. Waqt li qed titkellem mal-persuna, sib mod kif tgħidilha dwar ix-xogħol li tagħmel bħala għalliem tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 5 punt 3)

5. Kompli Ibni l-Interess

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri studju tal-Bibbja lil xi ħadd interessat li ma riedx jistudja fil-passat. (lmd lezzjoni 8 punt 4)

6. Agħmel Dixxipli

(5 min.) Diskussjoni maʼ student tal-Bibbja li mhux jagħmel progress. (lmd lezzjoni 12 punt 5)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 5

7. Meta l-Ansjetà Taffettwa lit-Tfal u liż-Żgħażagħ

(15 min.) Diskussjoni.

L-ansjetà taffettwa lil kulħadd, inkluż lill-qaddejja taʼ Ġeħova. Fil-fatt, David ħassu ansjuż ħafna drabi f’ħajtu u ħafna aħwa llum iħossuhom hekk ukoll. (Sa 13:2; 139:23) Sfortunatament, anki t-tfal u ż-żgħażagħ qed ibatu mill-ansjetà. Xi kultant, din tagħmel l-affarijiet taʼ kuljum diffiċli, bħal li jmorru l-iskola u l-laqgħat tal-kongregazzjoni. Din l-ansjetà tistaʼ wkoll twassal għal panic attacks u ħsibijiet taʼ suwiċidju.

Tfal u żgħażagħ, jekk xi darba tħossukom ansjużi ħafna, tkellmu mal-ġenituri tagħkom jew m’adult matur. Ftakru li Ġeħova dejjem se jgħinkom, allura iftħu qalbkom miegħu. (Sa 94:​17-19; Is 41:10; Flp 4:6) Ejja naraw l-eżempju taʼ Steing.

Uri l-VIDJOW Ġeħova Ħa Ħsiebi. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

• Liema vers tal-Bibbja għen lil Steing, u għala?

• Ġeħova kif ħa ħsiebu?

Ġenituri, intom tistgħu tgħinu lit-tfal tagħkom meta jħossuhom ansjużi billi tisimgħuhom bil-paċenzja, tgħidulhom li tħobbuhom, u tgħinuhom jaraw kemm Ġeħova jħobbhom. (Tit 2:4; Ġk 1:19) Ġeħova se jinkuraġġikom u jagħtikom is-saħħa li għandkom bżonn biex tgħinu lit-tfal tagħkom.

Ħafna drabi ma nkunux nafu min ikun qed ibati minn ansjetà kbira jew ma nifhmux eżatt kif ikun qed iħossu. Imma aħna nistgħu ngħinu lill-aħwa kollha biex iħossuhom maħbubin u parti mill-kongregazzjoni.—Pr 12:25; Eb 10:24.

8. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 81 u Talba