Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

2-8 taʼ Settembru

SALMI 79-81

2-8 taʼ Settembru

Għanja 29 u Talba | Introduzzjoni miċ-Chairman (minuta)

TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA

1. Uri li Tħobb l-Isem Glorjuż taʼ Ġeħova

(10 min.)

Tagħmel xejn li jġib diżunur lil Ġeħova (Sa 79:9; w17.02 10 ¶5)

Faħħar isem Ġeħova (Sa 80:18; jd 187 ¶18-19)

Ġeħova jippremja bil-kbir lil dawk li jobduh u juru li jħobbu lil ismu (Sa 81:​13, 16)

Biex b’dak li nagħmlu nfaħħru isem Ġeħova, irridu ngħidu li aħna Xhieda taʼ Ġeħova

2. Ġawhar Spiritwali

(10 min.)

  • Sa 80:1—L-isem taʼ Ġużeppi għala xi kultant jirreferi għat-tribujiet kollha taʼ Iżrael? (it-2 111)

  • Liema ġawhar spiritwali sibt mill-qari tal-Bibbja taʼ din il-ġimgħa?

3. Qari tal-Bibbja

IRSISTI FIL-MINISTERU

4. Ibda Konversazzjoni

(minuta) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 4 punt 4)

5. Ibda Konversazzjoni

(3 min.) XHIEDA INFORMALI. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 4 punt 3)

6. Ibda Konversazzjoni

(2 min.) F’POST PUBBLIKU. Offri studju tal-Bibbja. (lmd lezzjoni 3 punt 3)

7. Kompli Ibni l-Interess

(5 min.) MINN DAR GĦAL DAR. Offri studju tal-Bibbja lil xi ħadd interessat u li fil-passat ma riedx jistudja. (lmd lezzjoni 8 punt 3)

GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għanja 10

8. “Se Jqaddsu lil Ismi”

(15 min.) Diskussjoni.

L-ewwel darba li Satana gideb dwar isem Ġeħova kienet fil-ġnien tal-Għeden. Minn dakinhar ’il hawn, l-iktar kwistjoni importanti li n-nies u l-anġli ffaċċjaw hi li jneħħu t-tmaqdir minn fuq isem Ġeħova.

Aħseb dwar xi gideb li Satana qal dwar Ġeħova. Satana akkuża lil Ġeħova li hu mexxej aħrax u ma jurix imħabba. (Ġen 3:​1-6; Ġob 4:​18, 19) Hu jgħid li l-qaddejja taʼ Ġeħova mhux vera jħobbuh. (Ġob 2:​4, 5) Barra minn hekk, ġiegħel lil ħafna nies jemmnu li mhux Ġeħova ħalaq id-dinja sabiħa tagħna.—Rum 1:​20, 21.

Kif tħossok meta tismaʼ dan il-gideb? X’aktarx li tkun trid tiddefendi lil Ġeħova! Hu kien jaf li l-poplu tiegħu kien se jkun irid iqaddes lil ismu. (Ara l-prinċipju f’​Isaija 29:23.) Int kif tistaʼ tagħmel dan?

  • Għin lil oħrajn isiru jafu lil Ġeħova u jħobbuh. (Ġw 17:​25, 26) Kun lest li turi lil oħrajn evidenza li hu vera jeżisti u għallimhom dwar il-kwalitajiet sbieħ tiegħu.—Is 63:7

  • Ħobb lil Ġeħova b’qalbek kollha. (Mt 22:​37, 38) Obdi dak li jgħidlek Ġeħova, mhux biss għax hu tajjeb għalik imma wkoll għax trid tferraħ lilu.—Pr 27:11

Uri l-VIDJOW L-Imħabba Ma Tbatti Qatt Minkejja . . . Influwenza Ħażina mill-Iskola. Imbagħad staqsi lill-udjenza:

  • Ariel u Diego kif iddefendew isem Ġeħova?

  • Għala riedu jiddefendu lil Ġeħova?

  • Int kif tistaʼ timitahom?

9. Studju tal-Bibbja tal-Kongregazzjoni

Kummenti tal-Għeluq (3 min.) | Għanja 90 u Talba