Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

L-iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel

L-iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel

TQIS lilek innifsek bħala Kristjan? Jekk inhu hekk, int qiegħed fost iktar minn żewġ biljun individwu fuq l-​art—kważi wieħed minn kull tlieta—li jgħidu li huma segwaċi taʼ Kristu. Illum, hemm eluf taʼ denominazzjonijiet li jissejħu Kristjani, madankollu, huma maqsumin minħabba twemmin li ma jaqbilx m’ieħor u opinjonijiet differenti. Allura t-​twemmin tiegħek jistaʼ jkun differenti ħafna minn taʼ oħrajn li jgħidu li huma Kristjani. Tassew jimporta x’temmen? Iva, jimporta—jekk trid tipprattika l-​Kristjanità mgħallma fil-​Bibbja stess.

L-​ewwel segwaċi taʼ Ġesù Kristu saru magħrufin bħala “Kristjani.” (Atti 11:26) Ma kienx hemm bżonn ismijiet oħra biex jiġu identifikati, ladarba fidi Kristjana waħda biss eżistiet. Il-​Kristjani bħala grupp segwew it-​tagħlim u l-​istruzzjonijiet tal-​Fundatur tal-​Kristjanità, Ġesù Kristu. X’tistaʼ tgħid dwar ir-​reliġjon tiegħek? Temmen li hi tgħallem dak li għallem Kristu u dak li l-​ewwel segwaċi taʼ Kristu emmnu fih? Kif tistaʼ tkun taf fiċ-​ċert? Hemm mod wieħed biss—li tuża l-​Bibbja bħala gwida.

Ikkunsidra dan: Ġesù Kristu kellu rispett profond għall-​Iskrittura bħala l-​Kelma t’Alla. Ma approvax lil dawk li naqqsu mill-​importanza tat-​tagħlim Bibliku billi taw prijorità lit-​tradizzjonijiet magħmulin mill-​bniedem. (Marku 7:9-​13) Nistgħu nikkonkludu fiċ-​ċert li s-​segwaċi veri taʼ Ġesù kienu jibbażaw it-​twemmin tagħhom fuq il-​Bibbja. Allura kull Kristjan jagħmel sew li jistaqsi lilu nnifsu, ‘It-​tagħlim tar-​reliġjon tiegħi jaqbel mal-​Bibbja?ʼ Biex twieġeb din il-​mistoqsija, għala ma tqabbilx dak li tgħid ir-​reliġjon tiegħek maʼ dak li attwalment tgħid il-​Bibbja?

Ġesù qal li l-​qima tagħna lejn Alla għandha tkun ibbażata fuq il-​verità—il-​verità li tinsab fil-​Bibbja. (Ġwanni 4:24; 17:17) U l-​appostlu Pawlu qal li s-​salvazzjoni tagħna tiddependi milli ‘naslu għall-​għarfien eżatt.’ (1 Timotju 2:4) Allura hu vitali li t-​twemmin tagħna jkun ibbażat fuq verità eżatta tal-​Bibbja. Fil-​fatt, l-​istess salvazzjoni tagħna hi involuta!

KIF INQABBLU T-​TWEMMIN TAGĦNA MAL-​BIBBJA

Nistidnuk taqra s-​sitt mistoqsijiet li ġejjin u tinnota t-​tweġibiet tal-​Bibbja għal dawn il-​mistoqsijiet. Fittex fil-​Bibbja l-​versi li se jissemmew, u mmedita fuq it-​tweġibiet. Imbagħad saqsi lilek innifsek, ‘It-​tagħlim tar-​reliġjon tiegħi kif jitqabbel maʼ dak li tgħid il-​Bibbja?’

Dan il-​kwizz qasir jistaʼ jgħinek tagħmel l-​iżjed paragun utli li qatt tistaʼ tagħmel. Lest int li tqabbel tagħlim ieħor tar-​reliġjon tiegħek maʼ dak li tgħid il-​Bibbja? Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jieħdu pjaċir jgħinuk teżamina l-​verità ċara tal-​Bibbja. Għala ma tistaqsix lil wieħed mix-​Xhieda taʼ Ġeħova għal studju tal-​Bibbja b’xejn? Jew inkella tistaʼ żżur il-​Websajt tagħna, jw.org/mt.