X’taf dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova?
Tarana fix-
ARA KEMM TAF
Immarka kull sentenza veru jew falz.
VERU FALZ
-
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova huma Kristjani. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li Alla ħalaq l- art f’sitt ijiem taʼ 24 siegħa kull wieħed. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova ma jaċċettawx kura medika. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova jaċċettaw il- Bibbja kollha. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova jużaw il- verżjoni tagħhom tal- Bibbja biss. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova biddlu l- Bibbja tagħhom biex taqbel mat- twemmin li jħaddnu. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova jevitaw li jinvolvu ruħhom fil- komunità. -
Ix-
Xhieda taʼ Ġeħova jistmerru lil nies taʼ reliġjonijiet oħra.
Għat-
-
1 VERU. Aħna nipprovaw insegwu mill-qrib it- tagħlim u l- kondotta taʼ Ġesù Kristu. (1 Pietru 2:21) Però, b’diversi modi aħna differenti minn gruppi reliġjużi oħra li jissejħu Kristjani. Pereżempju, sibna li l- Bibbja tgħallem li Ġesù hu Bin Alla; mhux parti minn Trinità. (Marku 12:29) Ma nemmnux li r- ruħ hi immortali jew li hemm bażi Skritturali li tagħti x’tifhem li Alla jitturmenta lin- nies f’infern għal dejjem. U ma nemmnux li dawk li jmexxu l- attivitajiet reliġjużi għandu jkollhom titli li jgħolluhom fuq ħaddieħor.—Ekkleżjasti 9:5; Eżekjel 18:4; Mattew 23:8- 10. -
2 FALZ. Aħna nemmnu li Alla ħalaq kollox. Imma ma naqblux maʼ ħafna li jemmnu li Alla ħalaq l-
art f’sitt ijiem letterali. Għala le? Għax diversi ideat taʼ dawk li jemmnu dan jikkontradixxu l- Bibbja. Huma jisħqu li s- sitt ijiem tal- ħolqien kienu jiem taʼ 24 siegħa kif nafuhom aħna. Imma l- kelma “jum” fil- Bibbja tistaʼ tirreferi għal żmien twil mhux ħażin. (Ġenesi 2:4; Salm 90:4) Barra minn hekk, xi wħud jgħallmu li l- art għandha biss ftit eluf taʼ snin. Madankollu, il- Bibbja tindika li l- art u l- univers eżistew ħafna qabel is- sitt ijiem tal- ħolqien. 1—Ġenesi 1:1. -
3 FALZ. Aħna naċċettawha l-
kura medika. Infatti, uħud minna huma tobba, bħalma kien il- Kristjan tal- ewwel seklu li kien jismu Luqa. (Kolossin 4:14) Però, ma naċċettaw l- ebda kura li tmur kontra prinċipji Bibliċi. Pereżempju, ma naċċettawx it- trasfużjonijiet tad- demm għax il- Bibbja tipprojbixxi li nieħdu d- demm.—Atti 15:20, 28, 29. Xorta waħda, infittxu l-
aqwa kura medika possibbli għalina nfusna u għall- familja tagħna. Infatti, kuri għall- konservazzjoni tad- demm li ġew żviluppati għal pazjenti Xhieda issa qed jintużaw biex jibbenefika minnhom kulħadd. F’ħafna pajjiżi, kwalunkwe pazjent issa jistaʼ jagħżel li jevita r- riskji li jiġu mit- trasfużjonijiet tad- demm, bħal mard li jittieħed mid- demm, reazzjonijiet tas- sistema tal- immunità, u żbalji umani. -
4 VERU. Aħna nemmnu li l-
Bibbja kollha hi “mnebbħa minn Alla u tiswa.” (2 Timotju 3:16) Dan jinkludi t- Testment il- Qadim kif ukoll it- Testment il- Ġdid, bħalma huma spiss imsejħin. Aħna ġeneralment nirreferu għal dawn il- partijiet tal- Bibbja bħala l- Iskrittura Ebrajka u l- Iskrittura Griega Kristjana. B’hekk, nevitaw li nagħtu l- impressjoni li xi partijiet tal- Bibbja huma antikwati jew irrilevanti. -
5 FALZ. Aħna nużaw ħafna traduzzjonijiet fl-istudju tagħna tal- Bibbja. Madankollu, f’lingwi li fihom hi disponibbli t- Traduzzjoni tad- Dinja l- Ġdida taʼ l- Iskrittura Mqaddsa, napprezzaw b’mod speċjali din il- verżjoni minħabba l- użu tagħha tal- isem t’Alla, għall- eżattezza tagħha, u għall- fatt li faċli tiġi mifhuma. Ikkunsidra l- użu taʼ isem Alla, Ġeħova. Fl- introduzzjoni taʼ traduzzjoni waħda tal- Bibbja, hemm lista tal- ismijiet taʼ 79 persuna li b’xi mod jew ieħor għenu biex issir it- traduzzjoni. Madankollu din l- istess Bibbja tħalli barra l- isem tal- Awtur innifsu—Alla Ġeħova! B’kuntrast maʼ dan, it- Traduzzjoni tad- Dinja l- Ġdida tpoġġi l- isem divin fl- eluf taʼ postijiet fejn kien jidher fit- test oriġinali. 2 -
6 FALZ. Meta skoprejna li t-
twemmin tagħna ma kienx eżattament fi qbil mal- Bibbja, biddilna l- fehma tagħna. Ħafna qabel ma bdejna nipproduċu t- Traduzzjoni tad- Dinja l- Ġdida taʼ l- Iskrittura Mqaddsa bl- Ingliż fl- 1950, konna nużaw traduzzjonijiet li kienu disponibbli u fformajna t- twemmin tagħna skont dawn. -
7 FALZ. Ix-
xogħol tal- ippritkar tagħna jġib benefiċċji lil ħafna fil- komunità. Għenna lil ħafna nies jegħlbu vizzji taʼ ħsara, bħall- abbuż tad- droga u l- alkoħol. Il- klassijiet li norganizzaw madwar id- dinja biex ngħallmu lin- nies jiktbu u jaqraw jgħinu lil eluf jagħmlu proprju dan. Ngħinu wkoll meta jkun hemm xi diżastru billi nipprovdu għajnuna prattika kemm lil Xhieda u kemm lil dawk li mhumiex. Nipprovaw nagħtu s- sapport emozzjonali u spiritwali li tant ikollhom bżonn il- vittmi fi żminijiet bħal dawn. 3 -
8 FALZ. Aħna nsegwu l-
parir Bibliku biex ‘nagħtu ġieħ lil kulħadd’—hu x’inhu t- twemmin reliġjuż tiegħu. (1 Pietru 2:17, Il- Bibbja tal- Għaqda Biblika Maltija) Pereżempju, għalkemm f’xi pajjiżi hemm mijiet taʼ eluf taʼ Xhieda, ma nipprovawx nagħmlu pressjoni fuq il- politiċi jew dawk li jagħmlu l- liġijiet biex jirrestrinġu jew jipprojbixxu x- xogħol taʼ gruppi reliġjużi oħra. Lanqas ma nagħmlu kampanji biex isiru liġijiet li jimponu t- twemmin morali u reliġjuż tagħna fuq il- komunità. Pjuttost, nestendu lil oħrajn l- istess tolleranza li napprezzaw li nirċievu mingħandhom aħna.—Mattew 7:12.
Dan l-
^ 1. Għal din ir-
^ 2. Hemm xi ħaġa oħra li tagħmel it-
^ 3. Mod wieħed kif nużaw il-