Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-Bniedem Jikkopja l-Idea tal-Ħallieq

Il-Bniedem Jikkopja l-Idea tal-Ħallieq

Il-​Bniedem Jikkopja l-​Idea tal-​Ħallieq

Il-​bozoz kif jifilħu pressjoni qawwija meta wieħed jagħfashom jew idawwarhom biex iwaħħalhom maʼ xi mkien, avolja l-​ħġieġ huwa rqiq ferm? Skond il-​ktieb How in the World?, it-​tweġiba tinsab prinċipalment fil-​forma tal-​bozza, li hija bbażata fuq “il-​prinċipju tal-​qoxra tal-​bajda.” Avolja l-​qoxra tal-​bajda tkun irqiqa ħafna, il-​bajd ma jitgħaffiġx meta l-​għasfura tpoġġi fuqu biex tfaqqsu. Dan għaliex il-​forma tal-​bajda tagħti ċerta saħħa fil-​mod kif inhi magħmula u dan jagħmilha tiflaħ il-​pressjoni. (Kieku l-​qoxra tkun eħxen il-​fellus forsi ma jirnexxilux joħroġ mill-​bajda billi jtektikha b’munqaru.) Billi jikkopjaw l-​idea tal-​Ħallieq, il-​bozoz tad-​dawl għandhom forma tonda. B’hekk, meta wieħed jaqbad bozza, is-​saħħa li jagħmel “tinfirex lejn kull direzzjoni ’l bogħod mill-​post fejn tkun inqabdet minħabba li din ġejja fit-​tond.” Għalhekk, bħalma jiġri bil-​bajda, ma jkunx hemm pressjoni qawwija żżejjed f’post wieħed biss, u l-​bozza ma tinkisirx. Kemm tgħallem affarijiet il-​bniedem billi qagħad jistudja l-​ħolqien!