Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ktieb li Għamel Differenza

Ktieb li Għamel Differenza

Ktieb li Għamel Differenza

MINĦABBA li ħafna żgħażagħ jimitaw stili traskurati li jgħaddu malajr mill-​moda, huwa inkuraġġanti meta tara li xi wħud jipprovaw jilbsu modest. F’Balykchy, belt f’Kyrgyzstan, li qabel kienet repubblika taʼ l-​Unjoni Sovjetika, grupp taʼ żgħażagħ iddeċidew li jieħdu ritratt lebsin bħaż-​żgħażagħ li raw fuq il-​qoxra tal-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom. Iż-​żgħażagħ marru għand fotografa professjonali u staqsewha tiħdilhom ritratt bħal dak li jidher fil-​qoxra tal-​ktieb. Ir-​ritratt li hawn hawnhekk huwa l-​wieħed li ħadet.

Wara s-​sessjoni tar-​ritratti, iż-​żgħażagħ ħallew ktieb mal-​fotografa. Dakinhar ma tantx uriet interess, għax ma kinitx temmen fil-​Bibbja. Madankollu, ftit jiem wara, meta ż-​żgħażagħ marru lura fl-​istudjo biex jiġbru r-​ritratt, hi qalet li qatt ma kienet qrat ktieb bħal dan f’ħajjitha. Qalet li qatt ma rrealizzat li l-​Bibbja kienet tagħti pariri daqshekk prattiċi, u xtaqet tkun taf iktar. Bħala riżultat, hi bdiet tistudja l-​Bibbja.

Tistaʼ titlob kopja taʼ dan il-​ktieb li sar speċjalment biex jgħin liż-​żgħażagħ bil-​problemi li jiffaċċjaw illum. Imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Nixtieq nirċievi kopja tal-​ktieb Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu—Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.