Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tafha t-Tweġiba?

Tafha t-Tweġiba?

Tafha t-​Tweġiba?

(Tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dan il-​kwizz fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa tat-​tweġibiet hija stampata f’paġna 19. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-​Xhieda taʼ Jehovah.)

1. X’kienu l-​affarijiet li Jehovah qal li qatt ma kellhom jonqsu? (Ġenesi 8:22)

2. Ġesù liema ħxejjex qal li l-​Fariżej kienu jħallsu d-​dieċmi fuqhom bl-​akbar reqqa, filwaqt li kienu jħallu kollox għaddej f’dik li hi “ġustizzja u mħabba taʼ Alla”? (Luqa 11:42)

3. Ġesù b’liema mod qal li kellu jerġaʼ jiġi? (Apokalissi 16:15)

4. Sansun kemm-il Filisti darab b’“xedaq tari taʼ ħmar”? (Mħallfin 15:15)

5. X’jissejjaħ Ġesù peress li hu l-​uniku ħolqien dirett taʼ Jehovah? (Ġwanni 3:18)

6. Liema ordnijiet rigward uħud għażżiena ta Pawlu lit-​Tessalonikin? (2 Tessalonikin 3:​10, 12)

7. Ġesù x’qal li lkoll irridu nagħmlu sabiex ‘nidħlu mill-​bieb id-​dejjaq’? (Luqa 13:24)

8. Liema belt ġiet assoċjata maʼ l-​ibgħad tramuntana taʼ Iżrael? (1 Samwel 3:20)

9. Alla kif wissa lill-​astroloġi li żaru lil Ġesù biex ma jerġgħux imorru għand is-​Sultan qattiel Erodi? (Mattew 2:12)

10. Ladarba fl-​Iskrittura ma nsibux titli ħdejn xulxin qabel u wara isem Ġesù, liema titli qatt ma jinstabu flimkien fiha?

11. Indokratur tal-​kongregazzjoni, għala “għandu jkollu . . . isem tajjeb mal-​barranin”? (1 Timotju 3:7)

12. Filippu fejn sabu u għallmu lill-​ewnuku Etjopjan? (Atti 8:26)

13. X’kien il-​kastig taʼ Sawl minħabba li m’obdiex il-​kmand taʼ Jehovah biex jeqred lill-​Għamalekin kollha flimkien man-​nagħaġ u l-​baqar tagħhom? (1 Samwel 15:​23, 26)

14. Abraham għala għex il-​biċċa l-​kbira minn ħajtu bħala resident barrani u temporanju? (Lhud 11:10; 12:22)

15. Barabba, li kien meħlus minn Pilatu flok Ġesù, kien ħati taʼ liema delitti? (Luqa 23:25; Ġwanni 18:40)

16. X’kien jismu r-​raġel paralitiku minn Lidda li tfejjaq minn Pietru, u “li kien ilu tmien snin mixħut fis-​sodda”? (Atti 9:​32-34)

Tweġibiet għall-​Kwizz f’paġna 19

1. “Żrigħ u ħsad, bard u għomma, sajf u xitwa, lejl u nhar”

2. Nagħniegħ u fejġel

3. “Bħal ħalliel ”

4. 1,000

5. “L-​Iben il-​waħdieni taʼ Alla”

6. “Jekk xi ħadd ma jridx jaħdem, dan anqas ma għandu jiekol.” “Biex jaħdmu sewwa u għajxienhom jaqilgħuh”

7. “Tħabtu”

8. Dan

9. Permezz taʼ ħolma

10. “Il-​Mulej Kristu Ġesù” u “Is-​Sultan Kristu Ġesù”

11. Biex b’hekk “ma jaqax fl-​għajb u jaqaʼ fix-​xibka tax-​xitan”

12. Fit-​triq fid-​deżert li tieħu minn Ġerusalemm għal Gaża

13. Jehovah warrbu milli ‘jibqaʼ sultan fuq Iżrael’

14. Għaliex “hu kien iħares ’il quddiem, lejn il-​belt mibnija fis-​sod,” Ġerusalemm tas-​sema

15. Rewwixta, qtil, serq

16. Enea