Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tilqima li Tagħti Lilek Innifsek ”bis-Sapun

Tilqima li Tagħti Lilek Innifsek ”bis-Sapun

Tilqima li Tagħti Lilek Innifsek ”bis-Sapun

IT-​TIENI l-​iktar ħaġa li toqtol lit-​tfal fid-​dinja la hija l-​malarja, la t-​tuberkulosi, u lanqas l-​AIDS. Hija . .  d-​dijarea,” tirrapporta r-​rivista The Economist. Madankollu, ħafna minn dawn il-​vittmi żgħar kienu jkunu għadhom ħajjin li kieku huma u l-​familji tagħhom ħaslu idejhom regolarment bis-​sapun.

Ir-riċerkaturi fl-​Iskola taʼ l-​Iġjene u l-​Mediċina Tropikali f’Londra sabu li “jekk l-​idejn jinħaslu kif suppost jistaʼ jitnaqqas il-​mard tad-​dijarea bi 43 fil-​mija,” tgħid The Economist. “Dan jistaʼ saħansitra jnaqqas ħafna r-​riskju taʼ l-​infezzjonijiet fil-​pajp tan-​nifs, l-​iktar tip taʼ infezzjonijiet li joqtol lit-​tfal. Fi studju kbir li sar għall-​armata Amerikana nstab li meta t-​truppi bdew jaħslu idejhom ħames darbiet kuljum, l-​irjiħat u s-​sogħla naqsu b’45 fil-​mija.” Fil-​pajjiżi li qed jiżviluppaw bosta familji jaffordjaw jixtru s-​sapun. Għalhekk, mhux taʼ b’xejn li dan huwa deskritt bħala “tilqima li tagħti lilek innifsek.” U barra minn hekk ma tweġġax!

Il-Bibbja wkoll tinkuraġġixxi l-​indafa. “Ħalli . .  nitnaddfu minn kull ħaġa li tistaʼ tħammeġ il-​ġisem jew l-​ispirtu,” jgħid it-​2 Korintin 7:1. (The New English Bible) Għalkemm Alla jimpurtah l-​iktar mill-​indafa spiritwali tagħna, hu jimpurtah ħafna wkoll mill-​indafa fiżika. (Levitiku, kapitli 12-15) M’għandniex xi ngħidu, hu ma jistenniex minna li mmorru fl-​estrem. Xorta waħda, għandna nagħmluha drawwa li naħslu idejna wara li nużaw it-​tojlit, wara li naħslu jew inbiddlu l-​ħrieqi lil xi tarbija, qabel ma nħejju jew nieklu xi ikla, u f’kull okkażjoni oħra meta jkun hemm ir-​riskju li ngħaddu l-​mikrobi taʼ ħsara jew xi virus lil oħrajn. Meta naħslu idejna regolarment, inkunu qegħdin nuru ­mħabba Kristjana lejn il-​familja tagħna u lejn dawk kollha li jistaʼ jkollna kuntatt magħhom.—Mark 12:31.