Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

‘Fil-qosor Imma Mimli Informazzjoni’

‘Fil-qosor Imma Mimli Informazzjoni’

‘Fil-​qosor Imma Mimli Informazzjoni’

Dan huwa l-​mod kif waħda mara ddeskriviet il-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna? Hi mbagħad bdiet tispjega x’qanqalha tgħid hekk. “Permezz taʼ dan il-​browxer,” qalet hi, “Gloria, mara anzjana, reġgħet bdiet tixxennaq biex taqra l-​Bibbja. Minn persuna li m’għandhiex kwiet f’ġisimha u li ma setgħetx tikkonċentra, saret persuna li tistudja għal sagħtejn sħaħ. Hi tipprepara l-​lezzjonijiet kollha tagħha minn qabel u teżamina l-​iskritturi kollha.”

Alla X’Jirrikjedi Minna? huwa pubblikazzjoni taʼ 32 paġna li hija daqs din ir-​rivista. Turi biċ-​ċar x’inhu l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin u x’għandna nagħmlu biex ikollna l-​approvazzjoni tiegħu. Xi lezzjonijiet interessanti jinkludu “Min Hu Alla?,” “Min Hu Ġesù Kristu?,” “X’Inhu L-​Iskop T’Alla Għall-​Art?,” u “X’Inhi S-​Saltna T’Alla?”

Jekk tixtieq li jkollok kopja, imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-​browxer Alla X’Jirrikjedi Minna?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.