Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Għal ġo Dinja Ħarxa!

Għal ġo Dinja Ħarxa!

Għal ġo Dinja Ħarxa!

TARBIJA titwieled f’dinja ħarxa, dinja kollha stress. Għalkemm tarbija ma tistax verament tgħid x’inhi tħoss, xi xjenzati jemmnu li anki qabel it-​twelid, il-​fetus ikun jaf x’inhu jseħħ.

Il-ktieb The Secret Life of the Unborn Child (Il-Ħajja Sigrieta taʼ Tarbija Mhix Imwielda) jgħid: “Aħna nafu li t-​tarbija li għadha ma twilditx hija persuna f’sensiha li tirreaġixxi għall-​affarijiet taʼ madwarha u minn meta jkollha sitt xhur (u forsi anki qabel) tgħix ħajja attiva emozzjonalment.” Għalkemm it-​tarbija għandha mnejn ma tiftakarx, xi xjenzati jaħsbu li l-​esperjenza stressanti fit-​twelid għandha mnejn teffettwalha ħajjitha iktar ’il quddiem.

Wara t-​twelid, l-​istress ikompli. Barra l-​ġuf t’ommha, it-​tarbija ma tibqax tiġi mitmugħa awtomatikament. Il-​kurdun li kien jagħtiha l-​ossiġnu u s-​sustanzi issa m’għadux hemm. Biex issalva, trid tibda tieħu n-​nifs u s-​sustanzi waħedha. Għandha bżonn lil xi ħadd biex jitmagħha u jieħu ħsieb il-​bżonnijiet fiżiċi l-​oħra tagħha.

It-tarbija li tkun għadha kif twieldet trid ukoll tiżviluppa mentalment, emozzjonalment, u spiritwalment. Għal din ir-​raġuni, xi ħadd irid jieħu ħsieb din iċ-​ċkejkna. Min l-​aħjar li jagħmel dan? It-​tarbija x’għandha bżonn mill-​ġenituri tagħha? Kif jistgħu dawn il-​bżonnijiet jiġu provduti bl-​aħjar mod? L-​artikli li jmiss se jgħinuk twieġeb dawn il-​mistoqsijiet.