Il-Pjanti—Sors Prezzjuż taʼ Mediċini
Il-Pjanti—Sors Prezzjuż taʼ Mediċini
L-esperti jikkalkulaw li kwart mill-mediċini kollha li n-nies jużaw illum b’moħħhom mistrieħ bdew—kollha kemm huma jew partijiet minnhom—bħala sustanzi kimiċi li jinstabu fil-pjanti. Dan il-fatt taʼ spiss jissemma minn dawk l-uħud li jaqblu maʼ l-użu taʼ diversi rimedji magħmulin mill-ħxejjex.
Ħafna mir-riċerka fuq pjanti mediċinali ssir biex jiġu separati l-ingredjenti attivi minnhom. Eżempju importanti taʼ ingredjent bħal dan huwa l-aspirina, li tittieħed mis-saliċin, sustanza misjuba fil-qoxra taż-żafżafa bajda.
Ladarba jiġu separati, l-ingredjenti attivi fi pjanta jkunu jistgħu jintużaw f’doża adegwata u iktar preċiża. Xogħol wieħed taʼ referenza jgħid li biex tibbenefika mill-aspirina li hemm fil-qxur taż-żafżafa jew mill-effetti kollha li jsalvaw il-ħajja tad-diġitali li hemm fil-pjanta bl-istess isem, huwa ħafna eħfef li tiħodhom f’forma taʼ pillola milli tiekol is-sustanzi naturali.
Mill-banda l-oħra, hemm l-iżvantaġġi meta l-ingredjenti attivi jiġu separati minn pjanta mediċinali. Żvantaġġ wieħed hu li jistgħu jintilfu kwalunkwe sustanzi u benefiċċji mediċinali li jistaʼ jkun hemm f’ingredjenti oħra fil-pjanta. Minbarra hekk, xi ftit mill-organiżmi li jikkaġunaw il-mard saru reżistenti għall-mediċini li jikkumbattuhom.
Il-kinina, sustanza li tittieħed mill-qoxra tas-siġra taċ-ċinkona, hija eżempju taʼ wieħed mill-iżvantaġġi meta jiġi separat l-ingredjent attiv minn pjanta mediċinali. Filwaqt li l-kinina toqtol persentaġġ kbir mill-parassiti li jikkaġunaw il-malarja, il-parassiti li ma jmutux ikomplu jiżdiedu bil-qabda malli jmutu parassiti oħrajn. Xogħol wieħed taʼ referenza jispjega: “Reżistenza bħal din saret kwistjoni inkwetanti ħafna fil-qasam tal-mediċina.”
[Stampi f’paġna 15]
L-aspirina tinkiseb minn din iż-żafżafa bajda
[Sors]
USDA-NRCS PLANTS Database/Herman, D.E. et al. 1996. North Dakota tree handbook
[Stampi f’paġna 15]
Is-siġra taċ-ċinkona, li minnha tinkiseb il-kinina
[Sors]
Bil-korteżija taʼ Satoru Yoshimoto