Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Mingħand il-Qarrejja

Mingħand il-Qarrejja

Mingħand il-​Qarrejja

Dijabete Meta qrajt is-​serje “Il-​Ħajja bid-​Dijabete” (8 taʼ Mejju, 2003) u qrajt li sintomu wieħed hu li tagħmel l-​awrina taʼ spiss, irrealizzajt li hemm mnejn li jien stess għandi d-​dijabete. Għalhekk, mort l-​isptar u sirt naf li jien dijabetiku. Għadda iktar minn xahar minn meta ġejt eżaminat l-​aħħar, u permezz taʼ medikazzjoni, dieta, u eżerċizzju, qed nipprova nbaxxi l-​livell taʼ zokkor fid-​demm. Kieku ma rajtx din ir-​rivista, hemm mnejn li ma kontx niskopri li għandi l-​marda.

Y. N., Ġappun

Jien miniex waħda mix-​Xhieda taʼ Jehovah, iżda nirċievi r-​rivisti tagħkom mingħand ġâra qalbha tajba. Tassew ħadt gost bis-​serje dwar id-​dijabete. Ladarba qiegħda nittrennja biex insir infermiera tax-​xjuħ, kelli nikteb komponiment dwar dan is-​suġġett. Kieku rċivejt din ir-​rivista ftit ġranet qabel, kont niffranka li noqgħod infittex f’daqstant kotba! L-​artikli tagħkom jipprovdu ħafna għajnuna.

A. S., Ġermanja

Qerq Grazzi għall-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Hemm Ħażin fil-​Qerq?” (8 taʼ Frar, 2003) Sħabi taʼ l-​iskola offrewli somom kbar taʼ flus biex nagħmel l-​eżamijiet minflokhom. Għax irrifjutajt li nqarraq, sħabi ħaduha li miniex raġunevoli. L-​artiklu fakkarni biex inżomm mal-​prinċipji t’Alla u qatt ma nagħmel kompromessi.

F.A.C., Niġerja

Jien qatt ma kont nagħmel il-​ħowmwerk iżda kont nikkopjah mingħand sħabi tal-​klassi. Dan l-​artiklu għenni nifhem li meta tikkopja minn fuq xi ħadd ikun daqslikieku qed tisraq. U filwaqt li sħabi taʼ l-​iskola ma jaċċettawhiex din il-​ħarsa, jien se nżomm sod.

Y. D., Russja

Bliet Dejjem nieħu gost naqra Stenbaħ! iżda l-​iktar li nħobb naqra huma l-​artikli dwar pajjiżi u bliet differenti. Ħadt pjaċir ħafna naqra l-​artikli dwar il-​bliet taʼ Spanja. Imbagħad kont saħansitra iktar ferħana meta rajt l-​artiklu “San Pietruburgu​—‘It-​Tieqa fuq l-​Ewropa’ tar-​Russja.” (8 taʼ Settembru, 2003) Veru nixtieq nara l-​postijiet interessanti taʼ dan il-​pajjiż kif ukoll l-​iljieli tiegħu meta ma jidlamx kompletament. Permezz taʼ dan l-​artiklu stajt “inżur” dan il-​post.

O.A.V., Russja

Mingħand il-​Qarrejja Inħobb naqra t-​taqsima “Mingħand il-​Qarrejja.” Xi drabi nuża l-​kummenti mill-​qarrejja biex inqanqal lil dawk li qed nistudja magħhom il-​Bibbja ħalli jagħtu attenzjoni speċjali lil ċerti artikli. Din it-​taqsima turi li l-​isforzi tagħkom biex tilħqu l-​qlub tan-​nies m’humiex għalxejn.

S. A., Russja

Tour de France Għal proġett taʼ l-​iskola għażilt is-​suġġett tar-​roti. L-​artiklu “It-​Tour de France​—100 Sena taʼ l-​Aqwa Prova għaċ-​Ċikliżmu” (8 taʼ Lulju, 2003) ġie eżatt fil-​waqt! Stajt ukoll naqra l-​komponiment tiegħi quddiem il-​klassi. Użajt ħafna mill-​artikli taʼ Stenbaħ! fix-​xogħol tiegħi taʼ l-​iskola. Grazzi.

N. K., Ġermanja