Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Tweġiba għat-Talba Tiegħi”

“Tweġiba għat-Talba Tiegħi”

“Tweġiba għat-​Talba Tiegħi”

Omm tifel taʼ disaʼ snin hekk iddeskrivietu l-​ktieb ġdid Learn From the Great Teacher (Tgħallem mill-​Għalliem il-​Kbir) li ħareġ f’konvenzjoni distrettwali tax-​Xhieda taʼ Jehovah fl-​Irlanda. “Ġabli d-​dmugħ f’għajnejja!” qalet hi. “Kien barka speċjalment għax sal-​ġimgħa l-​oħra ħassejtni inkwetata minħabba li ma kontx naf x’se nistudja mat-​tifel.

“Tlabt lil Jehovah,” spjegat il-​mara, “biex jgħinni ngħallmu veritajiet Bibliċi iktar profondi b’mod sempliċi u li jolqtu, u ma kontx naf minfejn se nibda. Allura, meta rċivejt dan il-​ktieb sabiħ li fih il-​ġmiel taʼ stampi ħassejt li kien tweġiba għat-​talba tiegħi.”

Omm taʼ ħamest itfal f’Kalifornja, l-​Istati Uniti, kitbet xi ħaġa simili. “Aħna u sejrin lura lejn il-​lukanda wara l-​konvenzjoni,” qalet hi, “indunajt li t-​tlett itfal iż-​żgħar kienu qed jaqraw, jaraw, u jiddiskutu flimkien dak li l-​iktar laqathom mill-​paġni tal-​ktieb Learn From the Great Teacher.”

Hi qalet: “Il-​ferħ li ħassejt meta rċivejt dan ir-​rigal mingħand Jehovah kien kbir wisq—bħall-​ferħ li tħoss fi twelid, tieġ, magħmudija, privileġġ mogħti mill-​Ħallieq taʼ l-​univers. Xi drabi nħossni ċerta li d-​dmugħ taʼ ferħ juri lil Missierna taʼ mħabba, Jehovah, dak li ma nkunux nistgħu nfissru bil-​kliem biss.”

X’aktarx li tħossok l-​istess meta teżamina u tistudja dan il-​ktieb taʼ 256 paġna bi stampi sbieħ u bil-​paġni li fihom daqs il-​paġni taʼ din ir-​rivista. Tistaʼ titlob kopja billi timla l-​kupun t’hawnhekk u tibagħtu fl-​indirizz provdut jew f’indirizz addattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr ebda rbit nitlob kopja tal-​ktieb Learn From the Great Teacher.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.