Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Speċi Mhedda bl-Estinzjoni

Speċi Mhedda bl-Estinzjoni

Speċi Mhedda bl-​Estinzjoni

Minn kittieb għal Stenbaħ! fl-​Italja

Ir-​Red List of Threatened Species (Il-Lista Allarmanti taʼ Speċi fil-​Periklu), maħruġa mill-​Għaqda għall-​Konservazzjoni tad-​Dinja (IUCN), li għandha l-​kwartieri ġenerali fi Gland, l-​Isvizzera, hija indikazzjoni taʼ kif tinsab is-​saħħa tal-​pjanti u l-​annimali fid-​dinja. Ir-​Red List taʼ l-​2004 kien fiha iktar minn 15,500 speċi differenti.

Waħda mit-​theddid prinċipali għall-​ispeċi fil-​periklu hija l-​attività tal-​bniedem. Minflok ma jippreserva l-​bilanċ delikat tan-​natura, li huwa indispensabbli għall-​għajxien tiegħu stess, il-​bniedem ikompli jħassru bil-​ġiri tiegħu wara attivitajiet li huma taʼ periklu kbir għal speċi oħrajn. B’dispjaċir, ħafna speċi ntilfu b’dan il-​mod u magħhom intilfu wkoll riżorsi naturali li forsi setgħu kienu imprezzabbli.

Wieħed mill-​annimali li kien fir-​Red List tas-​sena l-​oħra huwa d-​denfil komuni taʼ geddumu qasir li jidher fl-​istampa. L-​għadd tiegħu fil-​Mediterran naqas b’iktar minn 50 fil-​mija f’dawn l-​aħħar 30 sa 45 sena, u issa huwa kunsidrat bħala li qiegħed fil-​periklu. Skond l-​IUCN, xi fatturi li kkontribwew għal dan kienu “tnaqqis fl-​ammont taʼ priża għad-​dniefel fil-​Mediterran minħabba taħlita taʼ bidliet fl-​ambjent, sajd eċċessiv, u degradazzjoni taʼ l-​abitat tiegħu.” Huwa maħsub ukoll li l-​ammont kbir taʼ sustanzi kimiċi tossiċi magħmula mill-​bniedem li jinsabu fid-​dniefel tal-​Mediterran “jistgħu jwaqqfu l-​immunità u jħassru r-​riproduzzjoni.”

Il-Ħallieq m’huwiex se jittollera għal dejjem lil dawk li ma jaħsbuhiex u li huma egoisti li qegħdin iħassru u jeqirdu l-​ambjent. Għall-​kuntrarju, il-​profezija tal-​Bibbja turi li “ż-​żmien stabbilit” qed joqrob meta hu se ‘jeqred lil dawk li qed jeqirdu l-​art.’ Alla Ġeħova mbagħad se jerġaʼ jistabbilixxi kundizzjonijiet fejn il-​bnedmin se jkunu gwardjani tajbin tal-​“ħlejjaq kollha” u l-​‘ħaxix kollu fuq wiċċ l-​art.’—Rivelazzjoni 11:18; Ġenesi 1:​28-30.

[Stampa f’paġna 18]

Dniefel komuni

[Sors]

© Goran Ehlme/SeaPics.com

[Stampa f’paġna 18]

Il-​black-browed albatross ukoll jinsab fuq il-​lista taʼ speċi fil-​periklu