Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Tafha t-Tweġiba?

Tafha t-Tweġiba?

Tafha t-​Tweġiba?

(Tistaʼ ssib it-​tweġibiet għal dan il-​kwizz fil-​versi ċitati mill-​Bibbja, u l-​lista sħiħa tat-​tweġibiet hija stampata f’paġna 29. Għal iktar informazzjoni, irreferi għall-​pubblikazzjoni “Insight on the Scriptures,” pubblikata mix-​Xhieda taʼ Ġeħova.)

1. Ġeħova minn xiex qalilhom biex jagħtuh l-​aħjar lill-​Iżraelin, għalkemm ma speċifikax dwar l-​ammont? (Eżodu 23:19)

2. Minħabba li l-​poplu t’Alla jgawdi prosperità u jidher li m’għandux protezzjoni, min se jitħajjar jattakkah? (Eżekjel 38:​10-12, 14-16)

3. Min kien l-​uffiċjal li żamm lill-​appostlu Pawlu fil-​ħabs għal sentejn f’Ċesarija u kien qed jittama li jirċievi xi flus mingħandu? (Atti 24:​26, 27)

4. Dawk li kienu morda bil-​ġdiem f’Iżrael, x’kellhom jgħajtu sabiex ikunu jistgħu jwissu lil oħrajn biex joqogħdu ’l bogħod ħalli ma jittiħdux? (Levitiku 13:45)

5. Ġakobb kif wera fejn kien il-​qabar taʼ Rakel? (Ġenesi 35:20)

6. Ġeħova għala mexxa lill-​Iżraelin fl-​eżilju għal diversi drabi? (2 Slaten 18:​11, 12)

7. Minflok ma dawn il-​kwalitajiet jagħtu evidenza t’għerf minn fuq, Ġakbu x’qal li huma l-​għira, il-​ġlied, u l-​gideb kontra l-​verità? (Ġakbu 3:15)

8. Salamun liema siġra talab mingħand is-​Sultan Ħiram għall-​bini tat-​tempju u biex jagħmel l-​arpi u l-​kitarri? (1 Slaten 10:​11, 12)

9. Ġeħova inkariga lil Elija biex jaħtar lil liema tlett irġiel? (1 Slaten 19:​15, 16)

10. Min kien il-​qassis il-​kbir li ‘kien fuq il-​ħwejjeġ kollha tal-​Mulej’ matul il-​ħakma taʼ Ġosafat? (2 Kronaki 19:​11, Saydon)

11. Pawlu wissa lil Timotju biex iħarreġ lilu nnifsu b’liema mira? (1 Timotju 4:7)

12. Nabukodonosor lil liema Fargħun Eġizzjan rebaħ f’Karkemis matul il-​ħakma tas-​Sultan Ġeħojakim taʼ Ġuda? (Ġeremija 46:2)

13. Minħabba l-​għaqal t’Abigajl, David liema ħaġa ħażina m’għamilx? (1 Samwel 25:31)

14. Fil-​Bibbja liema espressjoni tintuża meta tirreferi għall-​għasafar? (Ġenesi 1:26)

15. Il-​ktieb tal-​Proverbji għala jwissi kontra li żżur lil xi ħadd spiss iżżejjed? (Proverbji 25:17)

16. Bħalma semma Pietru, jekk nikkontrollaw liema membru taʼ ġisimna se niksbu l-​favur taʼ Ġeħova? (1 Pietru 3:​10-12)

17. Liema annimal kien iservi bħala sagrifiċċju tal-​konsagrazzjoni għas-​saċerdozju Aroniku? (Levitiku 8:​22-28)

18. Alla għala kkmanda lill-​Iżraelin biex ma jagħmlux tpinġijiet fuq ġisimhom? (Levitiku 19:28)

19. Ġakobb x’semmieh il-​post fejn hu u Laban għamlu patt għall-​paċi? (Ġenesi 31:​43-53)

20. Liema kien l-​ewwel miraklu taʼ Ġesù? (Ġwanni 2:​7-11)

Tweġibiet għall-​Kwizz f’paġna 29

1. Il-​bikri tal-​frott taʼ l-​art

2. Gog

3. Feliċ, il-​prokuratur tal-​Lhudija

4. “Mniġġes!, mniġġes!”

5. Hu waqqaf plier fuqu

6. Huma ma kinux leali lejn il-​patt li kienu għamlu miegħu

7. “Taʼ l-​art, taʼ l-​annimali, tad-​demonji”

8. Injam tas-​sandal, jew sandlu

9. Lil Ħażajel bħala sultan t’Aram, lil Ġeħu bħala sultan taʼ Iżrael, u lil Eliżew bħala profeta minfloku

10. Amarija

11. Biex jiżviluppa d-​“devozzjoni lejn Alla”

12. Neko

13. Ma xerridx demm

14. “Tajr taʼ l-​ajru”

15. Ħalli ma jiddejqux bik u jibdew jombrawk

16. L-​ilsien

17. Il-​muntun

18. Sabiex jagħmilhom differenti minn ġnus oħra u sabiex jenfasizzalhom kemm hu importanti li jkollhom rispett xieraq għall-​ġisem uman bħala l-​ħolqien t’Alla, li għandu jintuża biex nonorawh

19. Galgħed (li iktar tard sar magħruf bħala Gilgħad)

20. Bidel l-​ilma fi nbid