Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja?

X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja?

◼ Għal millennji sħaħ, il-​filosfi, it-​teoloġi, u n-​nies in ġenerali tħabtu mal-​mistoqsija t’hawn fuq. L-​isforzi tagħhom kienu għalxejn. Għalhekk, ħafna waslu għall-​konklużjoni li din il-​mistoqsija ma tistax titwieġeb. Madankollu, hemm tweġiba. Għalkemm hija komplessa, m’hijiex diffiċli.

It-​tweġiba tinsab fil-​Bibbja. Fattur importanti biex ingawdu ħajja hienja u mimlija tifsir huwa li nitgħallmu għala Alla ppermetta daqstant sofferenza u inġustizzja, u mbagħad niżviluppaw relazzjoni xierqa miegħu. Iżda kif nistgħu nagħmlu dan? Il-​browxer taʼ 32 paġna X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu? għen lil ħafna biex ikunu jistgħu jagħmlu dan.

Jekk tixtieq li jkollok kopja, imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz muri fuq il-​kupun jew f’indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Mingħajr obbligu, nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​ktieb X’Inhu l-​Iskop tal-​Ħajja? Kif Tistaʼ Ssibu?

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.