Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’
Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’
IS-SULTAN DAVID kien raġel li esperjenza ħafna dwejjaq u ‘ħsibijiet li inkwetawh.’ Madankollu, qatt ma ddubita li l-Ħallieq jifhimna b’kull mod. “O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni,” kiteb hu. “Int taf meta npoġġi u meta nqum. Int għaraft il-ħsieb tiegħi mill-bogħod. Għax lanqas hemm kelma waħda fuq ilsieni, imma, ara, O Ġeħova, int diġà taf x’inhi.”—Salm 139:1, 2, 4, 23.
Aħna wkoll nistgħu nkunu ċerti li l-Ħallieq tagħna jifhimna u jifhem kif id-dipressjoni tistaʼ ddgħajjef il-moħħ u l-iġsma imperfetti tagħna. Hu jaf x’jikkaġuna d-dipressjoni u kif nistgħu nkampaw l-aħjar fiċ-ċirkustanzi tal-preżent. Iżjed minn hekk, hu wera kif se jfejjaq id-dipressjoni għal dejjem. M’hemm ħadd aqwa li jistaʼ jgħinna mill-ħanin “Alla, Li jfarraġ u jinkuraġġixxi u jserraħ u jferraħ lid-dipressi.”—2 Korintin 7:6, The Amplified Bible.
Imma dawk dipressi għandhom mnejn jistaqsu lilhom infushom kif Alla jistaʼ jgħinhom meta jesperjenzaw emozzjonijiet taʼ dwejjaq.
◼ Jistgħu dawk dipressi jersqu lejn Alla?
Alla tant hu qrib il-qaddejja dipressi tiegħu li hu bħallikieku jgħammar maʼ dawk li jħossuhom ‘imfarrkin u dawk bi spirtu umli, biex iqajjem mill-ġdid l-ispirtu taʼ l-umli u jqajjem mill-ġdid qalb l-imfarrkin.’ (Isaija 57:15) Kemm ifarraġna li nkunu nafu li “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur isalvahom”!—Salm 34:18.
◼ Dawk dipressi kif jistgħu jiksbu faraġ mingħand Alla?
Ikun x’ħin ikun, l-aduraturi t’Alla jistgħu jersqu lejn “Semmiegħ it-talb,” li jistaʼ jgħinna nkampaw maʼ sentimenti u ċirkustanzi taʼ dwejjaq. (Salm 65:2) Il-Bibbja tħeġġiġna biex inferrgħu qalbna quddiemu: “Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”—Filippin 4:6, 7.
◼ X’nagħmlu jekk tant inħossuna li ma jistħoqqilna xejn li nibdew naħsbu li t-talb tagħna mhuwiex jinstemaʼ?
Id-dipressjoni tistaʼ ġġegħelna nikkonkludu li nagħmlu x’nagħmlu biex nogħġbu lil Alla qatt mhu biżżejjed. Madankollu, Missierna tas-sema huwa sensittiv għall-emozzjonijiet fraġli tagħna, billi “jiftakar li aħna trab.” (Salm 103:14) Avolja “qlubna jikkundannawna,” nistgħu “naċċertaw lil qlubna” li “Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.” (1 Ġwanni 3:19, 20) Għalhekk, fit-talb tiegħek tistaʼ tuża espressjonijiet li tkun qrajt f’versi mill-Bibbja bħal dawk f’Salm 9:9, 10; 10:12, 14, 17; u 25:17.
◼ X’nagħmlu jekk aħna mifxulin wisq biex nesprimu bil-kliem dak li nħossu?
2 Korintin 1:3) Maria, li ssemmiet iktar kmieni f’din is-serje t’artikli, tgħid: “Xi drabi, meta nħossni mħawda ħafna, ma nkunx naf għal xiex nitlob. Imma naf li Alla jifhimni u jgħinni.”
Meta l-uġigħ emozzjonali tant ikun kbir li jkun diffiċli li titkellem bis-sens, taqtax qalbek! Kompli ersaq quddiem “il-Missier taʼ kull ħniena tenera u l-Alla taʼ kull faraġ,” billi taf li hu jifhem xi tħoss u x’għandek bżonn. (◼ Alla kif iwieġeb it-talb tagħna?
Il-Bibbja ma tissuġġerix li Alla se jneħħi d-diffikultajiet kollha tagħna issa. Madankollu, Alla jagħtina s-saħħa biex inkunu nistgħu Filippin 4:13) “Għall-ewwel li bdejt inbati mid-dipressjoni,” tammetti Martina, “tlabt lil Ġeħova biex ifittex ifejjaqni għax ħsibt li ma kontx se niflaħ nissaporti iżjed. Issa nħossni kuntenta nitlob kuljum li jkolli biżżejjed saħħa.”
nissaportu “kollox”—inkluż id-dipressjoni. (L-Iskrittura hija sors vitali taʼ saħħa spiritwali li tgħin lil persuni milqutin mid-dipressjoni biex ikampaw magħha. Sarah, li ilha 35 sena tikkumbatti d-dipressjoni esperjenzat personalment il-valur prattiku tal-qari tal-Bibbja taʼ kuljum. Hi tgħid: “Tassew napprezza dak li għamlu għalija t-tobba. Iżda, fuq kollox nirrealizza x’valur spiritwali u prattiku għandu l-qari tal-Kelma t’Alla. Ħadtha drawwa li naqraha.”
Qatt u Qatt Iktar Dipressjoni!
Meta Ġesù Kristu kien fuq l-art, hu wera l-qawwa li tah Alla biex ifejjaq mard li jikkaġuna wġigħ. Ġesù kien ħerqan biex iserraħ lin-nies li kienu qed isofru minn mard kiefer. Iktar minn hekk, hu nnifsu jaf x’jiġifieri l-uġigħ mentali tal-emozzjonijiet inkwetanti. Fil-lejl qabel ma miet mewta taʼ wġigħ, “Kristu talab bil-ħerqa u wkoll offra petizzjonijiet lil Dak li setaʼ jsalvah mill-mewt, b’għajat qawwi u dmugħ.” (Ebrej 5:7) Veru li dan kien taʼ wġigħ kbir għal Ġesù dakinhar, imma issa aħna nibbenefikaw minnu għax hu “jistaʼ jidħol għal dawk li qed jiġu provati.”—Ebrej 2:18; 1 Ġwanni 2:1, 2.
Il-Bibbja turi li Alla għandu l-iskop li jneħħi kull kundizzjoni li tikkaġuna d-dwejjaq u li tikkontribwixxi għad-dipressjoni. Hu jwiegħed: “Qed noħloq smewwiet ġodda u art ġdida; u l-affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux, u lanqas ma jweġġgħu l-qalb. Imma ifirħu u thennew għal dejjem b’dak li qed noħloq.” (Isaija 65:17, 18) Is-“smewwiet ġodda,” is-Saltna t’Alla, se jġeddu l-“art ġdida,” soċjetà taʼ nies ġusti fuq l-art, għal saħħa fiżika, emozzjonali, u spiritwali perfetta. Il-mard kollu se jitneħħa għalkollox u għal dejjem.
[Kumment f’paġna 9]
“Sejjaħt ismek, O Ġeħova, minn ħofra mill-iktar fonda. Żgur li se tismaʼ leħni. Tagħlaqx widnejk għall-għajta tiegħi għall-għajnuna, biex isserraħni. Int ersaqt qrib meta qgħadt insejjaħlek. Għedtli: ‘Tibżax.’”—Lamentazzjonijiet 3:55-57
[Kaxxa/Stampi f’paġna 7]
“IKKONSLAW LID-DIPRESSI”
Meta Barbara ma tkunx tiflaħhom iktar id-dipressjoni u s-sentimenti tagħha li ma tiswa għal xejn, żewġha u hi jċemplu lil Gerard, ħabib tal-familja li huwa indokratur Kristjan. Hu dejjem joqgħod jismaʼ bil-paċenzja waqt li Barbara tolfoq bla kontroll u tirripeti l-istess ħsibijiet taʼ dwejjaq li esprimiet qabel.
Gerard tgħallem jismaʼ mingħajr ma jiġġudika, jargumenta, jew jikkundanna. (Ġakbu 1:19) Bħalma tagħti parir il-Bibbja, hu tgħallem ‘jikkonsla lid-dipressi.’ (1 Tessalonikin 5:14) Bil-paċenzja jiżgura lil Barbara li hi prezzjuża ħafna għal Alla Ġeħova, għall-familja tagħha, u għal ħbiebha. Ġeneralment jaqra silta jew tnejn mill-Bibbja li jipprovdu l-faraġ, avolja xi ftit minnhom ikun qrahomlha qabel. Imbagħad ma jonqosx li joffri li jgħid talba maʼ żewġha u magħha fuq it-telefon, ħaġa li dejjem isibuha li tikkonslahom ħafna.—Ġakbu 5:14, 15.
Gerard konxju ħafna tal-fatt li mhuwiex xi tabib imħarreġ, u qatt ma jipprova jieħu l-irwol tat-tobba taʼ Barbara. Madankollu, mal-kura medika tagħha hu jżid xi ħaġa li ftit tobba jipprovdu—skritturi li jikkonslaw u talb li jfarraġ.
Biex ‘tikkonsla lid-dipressi’
Tistaʼ tgħid: “Sempliċement xtaqtek tkun taf li kont qed naħseb fik. Naf li mhux dejjem tħossok tajjeb. Kif int dan l-aħħar?”
Ftakar: Tkellem bis-sinċerità u ismaʼ b’empatija, anki jekk il-persuna dipressa tgħid l-istess affarijiet li qalet qabel.
Tistaʼ tgħid: “Jien niskanta kemm jirnexxilek tagħmel xorti (jew “Kemm jien impressjonat bil-kwalitajiet Kristjani li turi”) minkejja l-limitazzjonijiet taʼ saħħtek. Anki jekk tixtieq li tistaʼ tagħmel iżjed, Ġeħova jħobbok u japprezzak, u anki aħna.”
Ftakar: Uri mogħdrija u qalb tajba.
Tistaʼ tgħid: “Iltqajt maʼ din l-iskrittura inkuraġġanti.” Jew “Ħsibt fik meta rġajt qrajt wieħed mill-versi favoriti tiegħi tal-Bibbja.” Imbagħad aqra jew ikkwota l-vers.
Ftakar: Tużax ton li bih tinstemaʼ qisek qed tipprietka.
[Kaxxa f’paġna 9]
Faraġ mill-Iskrittura
Lorraine tissaħħaħ permezz tal-wegħda taʼ Ġeħova f’Isaija 41:10: “Tibżax, għax jien miegħek. Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. Jien inżommok sod tassew b’idi l-leminija tas-sewwa.’’
Álvaro jgħid li l-kliem taʼ Salm 34:4, 6 ħafna drabi jikkonslah: “Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni, u mill-biżaʼ kollu tiegħi ħelisni. Dan il-magħkus sejjaħ, u Ġeħova semaʼ. U min-niket kollu tiegħu Hu salvah.”
Naoya jgħid li meta jaqra Salm 40:1, 2 dejjem iħossu mfarraġ: “Jien ittamajt f’Ġeħova bis-serjetà, u għalhekk hu mejjel widintu lejja u semaʼ l-għajta tiegħi għall-għajnuna. . . . Waqqaf il-passi tiegħi fis-sod.”
Salm 147:3 jiżgura lil Naoko li Ġeħova “qed ifejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma, u qed jinfaxxalhom il-ġrieħi li juġgħuhom.”
Kliem Ġesù mniżżel f’Luqa 12:6, 7 jgħin lil Eliz ikollha l-fiduċja li Ġeħova qed jieħu ħsiebha: “Ma jinbigħux ħames għasafar tal-bejt għal żewġ muniti taʼ valur żgħir? Madankollu lanqas wieħed minnhom m’hu minsi quddiem Alla. Imma saħansitra x-xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud. Tibżgħux; intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-bejt.”
Versi oħrajn mill-Bibbja:
Salm 39:12: “Ismaʼ talbi, O Ġeħova, u agħti widen għall-għajta tiegħi għall-għajnuna. Tibqax sieket għad-dmugħ tiegħi.”
2 Korintin 7:6: Alla “jfarraġ lid-dipressi.”—“New American Standard Bible.”
1 Pietru 5:7: ‘Itfgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuq [Alla], għax hu jimpurtah minnkom.’