Bdejt l-Aqwa Tellieqa taʼ Ħajti
Kif Rakkontata Minn Karl-Erik Bergman
Kont inħossni veru tajjeb meta niġri b’saħħti kollha. Kelli l-abbiltà naturali, allura li nisprintja sar l-iktar ħaġa importanti f’ħajti.
FL-1972, meta kelli 17-il sena, dħalt membru fi klabb tal-isports. Ma domtx ma rrealizzajt kemm kelli naqdef jekk ridt insir atleta mill-aħjar. Mhuwiex biżżejjed li jkollok l-abbiltà naturali biex tirbaħ il-kampjonat tal-isprinting [tiġrijiet żgħar taʼ xi mitt metru]. Imma kont lest biex naħdem iebes.
Meta kelli 22 sena, irnexxieli nidħol fit-tim nazzjonali tal-Finlandja. Is-sena taʼ wara kelli l-aħjar medja taʼ ħin fost l-atleti kollha fil-Finlandja għall-ġiri taʼ mitt metru. Madankollu, minħabba li weġġajt l-għerq t’Akille u l-għeruq taʼ taħt l-irkoppa ma stajtx nilħaq l-aqwa potenzjal tiegħi. Imma l-entużjażmu tiegħi għall-ġiri tant kien qawwi li ddeċidejt li nibda naħdem bħala kowċ għall-atleti li jkollhom talent. Fl-1982, ippjanajt li mmur ngħix f’Kalifornja, l-Istati Uniti, biex nistudja f’università u minħabba li t-temp hemmhekk huwa aħjar, stajt nirsisti biex ikolli karriera fl-isports. Saħansitra xtrajt il-biljett tal-ajruplan.
Dak li Bidilli Ħajti
Darba minnhom filgħaxija, ftit qabel ma wasal iż-żmien tal-vjaġġ tiegħi lejn Kalifornja, daqqet il-qanpiena tal-bieb. Meta ftaħt il-bieb, kien hemm żewġ nisa li kienu Xhieda taʼ Ġeħova. Kienu kalmi ħafna u rpożati, żewġ kwalitajiet li jien infittex f’atleta. Stidinthom jidħlu ġewwa, u poġġejna bilqiegħda biex nitkellmu. Wara diskussjoni informattiva ħafna, ħallewli ktieb intitolat Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art. a Bdejt naqrah. Meta kont wasalt kważi f’nofsu, irrealizzajt li dak li kien hemm miktub kien il-verità. In-nisa reġgħu ġew, u jien staqsejthom dwar kif stajt insir wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova. Huma wiġbuni li kelli bżonn studju tal-Bibbja.
Mhux talli aċċettajt studju tal-Bibbja persunali imma wkoll bdejt nattendi l-laqgħat max-Xhieda fis-Sala tas-Saltna f’Vantaa, fejn kont ngħix. Bdejt nara li dak li kont qed nitgħallem kien ibbażat fuq il-Bibbja. Fil-fatt, il-veritajiet Bibliċi li bdejt nitgħallem bdew jibdlu bil-mod il-mod il-ħarsa tiegħi lejn dak li hu tassew importanti fil-ħajja. Għalhekk, mort fl-aġenzija tal-ivvjaġġar, ħassart it-titjira u ġibt lura l-flus tal-biljett. Użajt ftit mill-flus biex nixtri qalziet u ġlekk ħalli nilbishom fil-laqgħat
u bagalja biex inġorr il-Bibbja u l-letteratura Biblika tiegħi fiha. Tgħammidt bħala wieħed mix-Xhieda taʼ Ġeħova f’konvenzjoni f’Ħelsinki fl-1983.Atleti Oħrajn Jingħaqdu Miegħi
Hekk kif bdejt nitgħallem il-veritajiet Bibliċi, qsamthom maʼ sħabi bil-ħeġġa. Huma għall-ewwel ma ridux jemmnu. Fil-fatt, malajr beda jinxtered għajdut li kont tlaqt minn moħħi. Wieħed wara l-ieħor, sħabi bdew jevitawni. Wara l-magħmudija tiegħi, kont niltaqaʼ m’atleti sħabi fil-korsa tat-tlielaq, minħabba li kont neżerċita ruħi regolarment biex nibqaʼ f’saħħti. Id-diskussjonijiet tagħna għenuhom jaraw li għalkemm kont inbdilt, ma kontx iġġennint.
Maż-żmien, xi wħud minn dawn l-atleti bdew jifhmu li dak li għedtilhom kien raġunevoli u taʼ min jaħseb fuqu. Huma nnotaw li la kont għadni nitkellem ħażin u lanqas ma kont għadni aggressiv. Xi wħud minnhom kienu lesti jitgħallmu iktar dwar il-Bibbja. Kont nieħu gost nuri lil oħrajn li l-Bibbja tqabbel il-ħajja taʼ Kristjan maʼ ġrajja atletika. Aħna ninsabu fil-ġirja għall-premju tal-ħajja taʼ dejjem.—2 Timotju 2:5; 4:7, 8.
Il-verità hi li biex ikollok sinifikat u hena veri f’ħajtek trid tagħmel dak li jogħġob lill-Ħallieq tagħna u mhux tirbaħ xi attivitajiet atletiċi. Id-diskussjonijiet tiegħi m’atleti oħrajn ġiegħlu lil xi ftit biex jerġgħu jeżaminaw il-miri tagħhom, u xi wħud minnhom ħaddnu l-veritajiet tal-Bibbja li kienu bidluli ħajti. B’ferħ, xi wħud minnhom urew l-istess żelu f’li jaqdu lil Alla bħalma kienu wrew fl-atletika.
Waħda minnhom kienet Yvonne, ġerrejja tas-sengħa li kienet tikkompeti fit-tlielaq taʼ 800 metru. Hi kienet l-iktar ġerrejja ħafifa li kienet teżisti fl-Iskandinavja f’dik il-kategorija u kienet kisbet ir-rekord nazzjonali tal-Finlandja. Hi rrappreżentat b’suċċess lill-Finlandja f’attivitajiet atletiċi fl-Ewropa. Minħabba d-diskussjonijiet tagħna, Yvonne bdiet tara kemm hu fieragħ li tirsisti għall-fama fid-dinja tal-lum. Hi tgħallmet, bħalma tgħallem il-Bibbja, li din id-dinja se tgħaddi, u meta dan iseħħ Alla se jġib dinja ġdida.—1 Ġwanni 2:17.
Yvonne ma damitx m’aċċettat studju tal-Bibbja. Dak iż-żmien kienet qed toħroġ maʼ Jouko, li kien membru b’talent kbir tat-tim nazzjonali tal-ġiri tal-Finlandja. Fil-fatt, hu kien irrappreżenta lill-Finlandja f’attivitajiet atletiċi tal-kampjonat Ewropew u dinji. Maż-żmien, Yvonne u Juoko marru jgħixu l-Istati Uniti biex ikomplu l-karrieri atletiċi tagħhom.
Meta kienu hemm, Yvonne kompliet tistudja l-Bibbja, u Jouko ngħaqad magħha. Hu għamel dan biex jipprova jsib xi ħaġa ħażina u jġib lil Yvonne f’sensiha. Imma ftit ftit, il-verità tal-Bibbja laħqet qalb Jouko wkoll. Yvonne u Jouko żżewġu u iktar tard iddedikaw ħajjithom lil Alla, u ssimbolizzaw dan permezz tal-magħmudija fl-ilma. Illum, it-tnejn li huma jaqdu bħala pijunieri, ministri full-time tax-Xhieda taʼ Ġeħova.
Stajt ukoll nibda studju tal-Bibbja maʼ Barbro, li kienet rebbieħa Finlandiża tal-ġirja tan-nisa tʼ400 metru. Kienet għadha kif irrappreżentat lill-Finlandja f’attivitajiet atletiċi fl-Ewropa. Wara dan, Barbro u żewġha, Jarmo, li kien jieħu sehem fl-isport li fih taqbeż fl-għoli permezz taʼ lasta, marru jgħixu fl-Isvezja. Hemmhekk Barbro kompliet l-istudju tal-Bibbja tagħha, u Jarmo ngħaqad magħha. It-tnejn li huma kienu qed ifittxu skop f’ħajjithom, u wara li tgħallmu l-veritajiet tal-Bibbja tgħammdu t-tnejn fl-Isvezja. Maż-żmien, Jarmo sar fiżjoterapista, u bħala koppja huma komplew jaqdu biż-żelu fil-ministeru. Jarmo jaqdi bħala anzjan fil-kongregazzjoni Kristjana.
Imbagħad, kien hemm Heidi, li wkoll kienet ġerrejja tas-sengħa, li kienet għadha kif saret adoloxxenti. Bħala l-kowċ tagħha, innotajt li kienu jinteressawha l-affarijiet spiritwali. Allura, darba minnhom kellimtha dwar it-tagħlim tal-Bibbja fuq is-Saltna t’Alla u l-barkiet li se ġġib fuq l-art. Staqsejtha, “Temmen li nistgħu naraw it-twettiq taʼ dawn il-barkiet imwegħdin?”—Salm 37:11, 29; Mattew 6:9, 10.
“Iva,” wieġbet hi. Riedet tistudja l-Bibbja. Allura, għamilt arranġamenti biex oħt Kristjana
tistudja magħha. Wara ftit snin, Heidi wkoll issimbolizzat id-dedikazzjoni tagħha lil Alla permezz tal-magħmudija fl-ilma. Maż-żmien, hi kibret f’mara spiritwali mill-isbaħ u saret marti. Hi kienet u għadha sieħba eċċellenti, waqt li għadha determinata għall-aħħar li taqdi lil Alla—determinazzjoni li kieku kienet iffokata fuq l-isports kienet twassalha biex tkun atleta mill-aħjar.Ħija ż-żgħir Peter li wkoll kien involut fl-isports, għall-ewwel irreaġixxa ħażin ħafna meta bdejt nistudja l-Bibbja. Imbagħad, tajtu kopja tal-ktieb Tgħix Għal Dejjem. Iktar tard ġie fuqi u qalli: “Bdejt naqra dan il-ktieb, imma mhux qed nifhem kollox. Tistaʼ tgħinni?” Irranġajt biex Xhud ieħor jistudja miegħu, u wara erbaʼ xhur jistudja, tgħammed. Iktar tard iżżewweġ, u martu taqdi bħala pijuniera.
It-Tiġrija Tkompli
Anki qabel tgħammidt, kont daħħaltha f’rasi li nsir missjunarju. Ftit wara l-magħmudija bdejt naqdi bħala pijunier. Jien fhimt li jekk wieħed ikun fit-tiġrija għall-ħajja, irid iħabrek kemm jiflaħ. Jien u marti, Heidi, applikajna biex immorru Gilegħad, l-iskola tal-missjunarji tax-Xhieda taʼ Ġeħova li ssir fi New York, u fl-1994 ġejna aċċettati. Wara li ggradwajna ġejna inkarigati naqdu fil-Latvja fejn ġeneralment jitkellmu bir-Russu.
Il-waqgħa tal-Unjoni Sovjetika ħalliet lin-nies diżappuntati. Il-fiduċja tan-nies fil-Bibbja tnaqqset u din saħansitra ġiet projbita, imma sibna li ħafna kienu interessati f’dak li tgħid. Waħda mill-akbar sfidi li qatt iffaċċjajt kienet li nitgħallem ir-Russu. Imma wara sitt snin taʼ servizz missjunarju fil-Latvja, ġejt maħtur biex inżur u ninkuraġġixxi l-kongregazzjonijiet tax-Xhieda taʼ Ġeħova bħala indokratur li jivvjaġġa. Għadni nagħmel dan ix-xogħol sal-lum, akkumpanjat mill-mara leali tiegħi.
Tul is-snin, stajt inħarreġ lil diversi wħud biex jagħmlu progress fil-ġirja għall-ħajja, “il-ħajja vera” fid-dinja l-ġdida t’Alla. (1 Timotju 6:19) Biex tkun kowċ tal-atleti u tgħinhom jagħtu l-aħjar tagħhom hemm bżonn li tifhimhom. Il-kowċ irid jgħinhom jiżviluppaw it-talenti tagħhom u jnaqqsu d-dgħufijiet. Irid iqanqalhom jibqgħu jissaportu u jilħqu l-aqwa potenzjal tagħhom.
Bqajt skantat meta rajt kemm il-ħajja taʼ Kristjan tixbah lil dik t’atleta bħalma enfasizza l-appostlu Pawlu fl-ewwel ittra tiegħu lill-Korintin. Atleta li jirnexxi jibqaʼ ffokat fuq it-taħriġ fiżiku tiegħu u ma joqgħodx biss joħlom dwar li jirbaħ. Hu jagħmel miri realistiċi għalih innifsu u jaħdem pass pass biex jilħaqhom. Jekk ma jibqax iffokat fuq il-mira tiegħu u jieqaf jaħdem għaliha, hu jġib fix-xejn ix-xogħol iebes kollu li jkun għamel. Kristjan veru jrid jibqaʼ ffokat b’mod simili.
Ukoll, atleta li jirnexxi jrid iżomm maʼ skeda taʼ taħriġ strett, u jżomm id-dixxiplina fejn jidħol l-ikel tiegħu. Nistgħu ngħidu l-istess dwar il-ħajja taʼ Kristjan veru. Hu ma jitmax lilu nnifsu tagħlim mill-agħar, ma jiħux “mill-mejda tad-demonji,” kif poġġieha l-appostlu Pawlu. Minflok, hu jiekol ikel spiritwali nutrittiv provdut minn Alla fil-Kelma tiegħu, il-Bibbja. (1 Korintin 10:21) Iktar minn hekk, meta jinqalgħu d-diffikultajiet, atleta li jirnexxi jibqaʼ pożittiv. Hu jammetti l-iżbalji tiegħu u jagħmel bidliet. Pawlu kiteb: “M’iniex niġri b’mod inċert.” “Imma,” hu qal, “insawwat lil ġismi,” ħalli ma jiġix skwalifikat.—1 Korintin 9:24-27.
Salm 139:14) Flimkien, aħna ninsabu ffokati fuq li nilħqu l-premju tal-“ħajja vera”—“dik li ġejja” fid-dinja l-ġdida t’Alla.—1 Timotju 4:8.
Jien u marti għadna nieħdu gost inżommu ruħna f’saħħitna fiżikament billi neżerċitaw ruħna regolarment fil-gym. Però, ma nħallux dan itellifna milli naqdu lil Ġeħova li ħalaq lill-bnedmin b’mod tant tal-għaġeb. (Wara li ddeskriva s-‘sħaba taʼ xhiedaʼ taʼ qabel il-Kristjanità, l-appostlu Pawlu ħeġġeġ: “Ħa nneħħu aħna wkoll kull piż u dak id-dnub li faċilment ifixkilna, u ħa niġru bis-sabar it-tiġrija li tqiegħdet quddiemna.” (Ebrej 12:1) M’hemm xejn li jistaʼ jkun iktar taʼ ġid għalina milli niġru din it-tiġrija. Dan hu minħabba li jekk jirnexxilhom jispiċċawha, il-ġerrejja kollha se jkollhom barkiet dejjiema.—2 Timotju 4:7, 8.
[Nota taʼ taħt]
a Pubblikat mix-Xhieda taʼ Ġeħova imma m’għadux jiġi stampat.
[Stampa f’paġna 12]
F’nofs is-snin 80, jien u Heidi maʼ Yvonne (fuq) u Juoko u binthom (taħt)
[Stampa f’paġna 13]
Maʼ Heidi fil-ministeru llum
[Stampa f’paġna 13]
Fil-konvenzjoni tax-Xhieda taʼ Ġeħova fl-2009 f’Ħelsinki. Yvonne u Juoko fuq ix-xellug tagħna u Jarmo u Barbro fuq il-lemin
[Sors tal-Istampa f’paġna 10]
Pubblikat fʼAamulehti 8/21/1979