Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Kriżi Globali taʼ Nuqqas taʼ Fiduċja”

“Kriżi Globali taʼ Nuqqas taʼ Fiduċja”

Fl-​Afrika tal-​Punent, tifel li għandu 12-​il sena jinsab f’sodda tal-​isptar—vittma taʼ mediċina falza kontra l-​malarja li ommu xtrat minn spiżerija legali. Tabib tal-​isptar jgħid: “Ilna 15-​il sena nsibu mediċini foloz fis-​suq.” a

Fl-​Asja, il-​ġenituri taʼ tarbija tifel tat-​twelid jinħasdu bil-​kbir. Dan għaliex isiru jafu li l-​ħalib miżjud b’sustanzi li kienu qed jisquh kien kontaminat b’ingredjent perikoluż. B’sogħba, it-​tifel ċkejken miet.

Negozjant Amerikan fdat qarraq bil-​klijenti tiegħu u ħadilhom biljuni taʼ dollari! Eluf taʼ klijenti jiskopru li l-​flus li warrbu għall-​pensjoni għosfru f’dak li ġie msejjaħ “il-​frodi tas-​seklu.”

FID-​DINJA tal-​lum, il-​fiduċja taʼ kważi kulħadd ġiet traduta xi darba jew oħra. Anki s-​sitwazzjoni ħażina tal-​ekonomija madwar id-​dinja hi fil-​biċċa l-​kbira r-​riżultat taʼ dik li l-​gazzetta Franċiża Le Monde ssejħilha “kriżi globali taʼ nuqqas taʼ fiduċja.”

Liema fatturi wasslu għall-​“kriżi taʼ nuqqas taʼ fiduċja” tal-​lum? Hemm xi ħadd li tistaʼ tafdah?

[Nota taʼ taħt]

a Kif rapportat fil-​gazzetta Le Figaro, pubblikata f’Pariġi, Franza.