Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Paġna Tnejn

Paġna Tnejn

It-​Trobbija taʼ Tfal Responsabbli

X’aktarx li hi l-​aħħar ħaġa li tgħaddi minn moħħ il-​ġenituri hekk kif iħarsu lejn it-​tarbija prezzjuża tagħhom li għadha kif twieldet. Imma din hi verità sempliċi: Eventwalment dik it-​tarbija ċkejkna se tikber u ssir adulta żagħżugħa li se tgħix waħedha. Hekk għandu jkun, għax il-​Bibbja tgħid li “raġel iħalli lil missieru u lil ommu.” (Ġenesi 2:24) Naturalment, dan il-​vers jistaʼ japplika wkoll għal mara żagħżugħa.

Minkejja dan, f’dan il-​jum kemm taʼ ferħ kif ukoll taʼ niket, meta żagħżugħ, jew żagħżugħa, jitlaq mid-​dar, ħafna ġenituri jkunu ansjużi. Huma jistaqsu: ‘Rabbejt lil ibni kif suppost? Se jkun jistaʼ jżomm impjieg, jieħu ħsieb appartament, u jgħix skont id-​dħul tiegħu?’ Saħansitra iktar importanti minn hekk, ‘Ibni se jgħix fi qbil mal-​valuri li pprovajna nnaqqxu fih?’—Proverbji 22:6; 2 Timotju 3:15.

Din il-​ħarġa speċjali taʼ Stenbah! se turi kif il-​pariri tal-​Bibbja jistgħu jgħinu lill-​ġenituri f’kull fażi tat-​trobbija taʼ wliedhom.