Għal Reviżjoni Bħala Familja
X’Hemm Differenti?
Tistaʼ ssib it-tliet differenzi bejn stampa A u stampa B? Ikteb it-tweġibiet tiegħek fil-linji t’hawn taħt, u lesti l-istampi billi tpinġihom bil-kulur.
ĦJIEL: Aqra Isaija 6:1-8.
1. ․․․․․
2. ․․․․․
3. ․․․․․
4. Liema stampa hi korretta, stampa A jew stampa B?
GĦAL DISKUSSJONI:
X’attitudni tajba kellu Isaija? Kif tistaʼ turi li għandek spirtu umli u li lest li tgħin?
ĦJIEL: Aqra Salm 110:3; Mattew 28:19, 20.
ATTIVITÀ BĦALA FAMILJA:
Qabbad kull membru tal-familja jirriċerka fatti dwar l-irwol tal-anġli. Imbagħad iltaqgħu flimkien, u għidu x’tgħallimtu. Pereżempju, x’inhuma xi responsabbiltajiet tal-anġli?
ĦJIEL: Aqra Salm 34:7; Ebrej 1:14; Rivelazzjoni 14:6, 7.
Huma organizzati l-anġli?
ĦJIEL: Aqra Salm 103:19-21.
Huma l-anġli umli u lesti li jgħinu ’l oħrajn?
ĦJIEL: Aqra Mħallfin 13:17, 18; Luqa 22:43; Rivelazzjoni 22:8, 9.
Ġemmaʼ u Tgħallem
Qasqasha, itwiha min-nofs, u erfagħha
KARD TAL-BIBBJA 9 ĠEREMIJA
MISTOQSIJIET
A. Ġeħova uża lil Ġeremija biex jikteb liema erbaʼ kotba tal-Bibbja?
B. Veru jew falz? Ġeremija baqaʼ ma żżewwiġx.
Ċ. Kompli l-istqarrija taʼ Ġeremija: “F’qalbi [l-kelma t’Alla] saret bħal . . . ”
[Tabella]
4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.
Inħalaq Adam Għex madwar Inkiteb l-aħħar
650 sena qabel Ġesù ktieb tal-Bibbja
[Mappa]
Għex Ġerusalemm. Ivvjaġġa sax-Xmara Ewfrat u l-Eġittu—Ġeremija 13:1-9; 43:8-13
EĠITTU
Ġerusalemm
L-Ewfrat
ĠEREMIJA
DETTALJI
Magħżul minn qabel it-twelid biex ikun profeta. (Ġeremija 1:1-5) Ġeremija qeda lil Alla lealment għal iktar minn 65 sena. Minkejja li Ġeremija ħassu bla esperjenza u beżaʼ jitkellem, Ġeħova qallu: “Tibżax . . . , għax ‘jien miegħek biex neħilsek.’”—Ġeremija 1:6-8.
TWEĠIBIET
A. L-Ewwel u t-Tieni Slaten, Ġeremija, u Lamentazzjonijiet.
B. Veru.—Ġeremija 16:1-4.
Ċ. “. . . nar jaqbad magħluq f’għadmi.”—Ġeremija 20:9.
KARD TAL-BIBBJA 10 SALAMUN
MISTOQSIJIET
A. Salamun talab, mhux għal rikkezzi jew għomor twil, imma għal xiex?
B. Imla l-vojt. Salamun kien jaf jitkellem _____ proverbju, u l-għanjiet tiegħu kienu ______.
Ċ. Salamun ngħata liema isem ieħor?
[Tabella]
4026 Q.E.K 1 E.K. 98 E.K.
Inħalaq Adam Għex madwar Inkiteb l-aħħar
1000 sena qabel Ġesù ktieb tal-Bibbja
[Mappa]
Is-sultana taʼ Xeba vvjaġġat xi 2,400 kilometru biex tismaʼ l-għerf taʼ Salamun
XEBA
Ġerusalemm
SALAMUN
DETTALJI
It-tieni iben taʼ David u Bat-xeba. Salamun mexxa lil Iżrael għal 40 sena. Bena dar kbira għall-qima taʼ Ġeħova. (1 Slaten 5:2-5) Ġeħova uża lil Salamun biex jikteb il-kotba tal-Proverbji, l-Ekkleżjasti, u l-Għanja taʼ Salamun. Ħbiberija ħażina man-nisa barranin tiegħu begħditu minn Ġeħova.—1 Slaten 11:1-6.
TWEĠIBIET
A. Qalb ubbidjenti.—1 Slaten 3:5-14
B. 3,000, 1,005.—1 Slaten 4:29, 32.
Ċ. Ġedidija, li jfisser “Maħbub minn Ġeħova.”—2 Samwel 12:24, 25.
KARD TAL-BIBBJA 11 ĠUŻEPPI
MISTOQSIJIET
A. Imla l-vojt. Ħut Ġużeppi mill-missier sejħulu “dak li jħobb _______,” u bigħuh fil-jasar għal __ biċċa tal-fidda.
B. Meta mart Potifar għamlitlu pressjoni biex ikollu x’jaqsam magħha, Ġużeppi wieġeb bis-sod, “Kif nistaʼ jien nagħmel dan il-ħażen hekk kbir u . . . ”
Ċ. Il-Fargħun għala ħatar lil Ġużeppi bħala t-tieni mexxej fl-Eġittu?
[Tabella]
4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.
Inħalaq Adam Għex xi Inkiteb l-aħħar
1700 sena qabel Ġesù ktieb tal-Bibbja
[Mappa]
Meħud minn Dotan għall-Eġittu
Dotan
EĠITTU
ĠUŻEPPI
DETTALJI
L-ewwel tifel li twieled lil Ġakobb u Rakele. (Ġenesi 35:24) Ħutu mill-missier għajjurin bigħuh fil-jasar fl-Eġittu, fejn dam xi 13-il sena bħala skjav jew priġunier. Minflok ma pattihielhom, Ġużeppi ħafer lil ħutu mill-missier li kienu nidmu. (Ġenesi 50:15-21) Għalkemm ’il bogħod mid-dar, hu onora lil Ġeħova u baqaʼ safi, jaħdem iebes, u taʼ min jafdah.—Ġenesi 39:1-23.
TWEĠIBIET
A. Joħlom, 20.—Ġenesi 37:19, 28.
B. “. . . nidneb kontra Alla?”—Ġenesi 39:9.
Ċ. Hu kien jaf li l-ispirtu t’Alla għamel lil Ġużeppi għaref u għaqli.—Ġenesi 41:38-41.
KARD TAL-BIBBJA 12 ISAIJA
MISTOQSIJIET
A. Min mar maʼ Isaija biex iwassal messaġġ lis-Sultan Aħaż?
B. Meta Ġeħova staqsieh, “Lil min se nibgħat?” Isaija kif wieġeb?
Ċ. Isaija pprofetizza: “L-art se tkun mimlija . . . ”
[Tabella]
4026 Q.E.K. 1 E.K. 98 E.K.
Inħalaq Adam Għex madwar Inkiteb l-aħħar
700 sena qabel Ġesù ktieb tal-Bibbja
[Mappa]
Għex Ġerusalemm
Ġerusalemm
ISAIJA
DETTALJI
Profeta leali li għamel il-qima t’Alla attività tal-familja. Tahom eżempju tajjeb bil-mod kif wettaq il-ministeru tiegħu. Martu kienet tissejjaħ “il-profetessa.” (Isaija 7:3; 8:3, 18) Isaija qeda lil Alla għal minn tal-inqas 46 sena. Ismu jfisser “Salvazzjoni taʼ Ġeħova.”
TWEĠIBIET
A. Ibnu, Segħar-ġasub.—Isaija 7:3.
B. “Hawn jien! Ibgħat lili.”—Isaija 6:8.
Ċ. “. . . bl-għarfien taʼ Ġeħova.”—Isaija 11:9.
Biex tipprintja iktar kopji taʼ “Għal Reviżjoni Bħala Familja,” mur fil-websajt www.pr418.com
● It-tweġibiet “GĦAL REVIŻJONI BĦALA FAMILJA” jinsabu f’paġna 28
TWEĠIBIET GĦAL PAĠNA 29
1. L-anġlu għandu sitt ġwienaħ f’waħda mill-istampi imma erbgħa fl-oħra.
2. L-anġlu għandu mqass tan-nar f’idu f’waħda mill-istampi imma xabla fl-oħra.
3. Il-ġamra tmiss xofftejn Isaija f’waħda mill-istampi imma tmiss idejh fl-oħra.
4. B.