Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif Tkun il-Ħabib t’Alla

Kif Tkun il-Ħabib t’Alla

● Dan hu dak li jgħallimna l-​browxer taʼ 32 paġna Int Tistaʼ Tkun il-​Ħabib t’Alla! Il-​lezzjonijiet mill-​isbaħ tiegħu jinkludu “Alla Jistiednek Biex Issir il-​Ħabib Tiegħu” u “Alla Hu l-​Aqwa Ħabib li Qatt Jistaʼ Jkollok.” Il-​browxer hu disinjat biex jgħin lill-​qarrej isir midħla tat-​tagħlim bażiku tal-​Bibbja.

Fil-​lezzjoni “Il-​Ħbieb t’Alla Se Jgħixu f’Ġenna taʼ l-​Art,” il-​browxer jispjega biċ-​ċar l-​iskop t’Alla għall-​art. Però, biex ingawdu l-​Ġenna tal-​art li twegħedna l-​Bibbja, neħtieġu nitgħallmu kif Alla jrid li naqduh. Lezzjonijiet bħal “Kif Issib il-​Vera Reliġjon” u “Iċħad ir-​Reliġjon Falza!” se jgħinuk issir ħabib t’Alla u tgawdi l-​approvazzjoni tiegħu. Aħna ċerti li se ssib il-​qari taʼ dal-​browxer premjanti.

Tistaʼ titlob studju tal-​Bibbja personali kif ukoll kopja taʼ dan il-​browxer billi timla l-​kupun t’hawn taħt u tibagħtu fl-​indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​browxer li jidher hawn.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.