Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

“Dan il-Ktieb Hu Kapolavur”

“Dan il-Ktieb Hu Kapolavur”

● Tixtieq taqra dwar kull ġrajja mniżżla bil-​miktub taʼ meta Ġesù Kristu kien fuq l-​art, kif ukoll dwar it-​tagħlim tiegħu li jbiddel il-​ħajjiet u t-​tixbihat li diffiċli biex jintesew? Jekk iva, int mistieden taqra l-​ktieb L-​Aqwa Bniedem li Qatt Għex.

Wara li studja dan il-​ktieb, qarrej li japprezza stqarr: “Il-​ktieb miktub b’tali mod li faċli biex jinftiehem, imma fl-​istess ħin fih dettalji sbieħ dwar il-​ħajja taʼ Sidna waqt li kien fuq l-​art. Dan il-​ktieb hu kapolavur.”

Sa fejn nafu, il-​ġrajjiet f’dan il-​ktieb huma mniżżlin bl-​ordni li seħħew. Huwa bbażat fuq il-​kitbiet ispirati minn Alla taʼ erbaʼ wħud li kienu jgħixu fi żmien Ġesù, il-​kittieba tal-​Evanġelji Mattew, Marku, Luqa, u Ġwanni. Mattew u Ġwanni kienu appostli u mseħbin fl-​ivvjaġġar taʼ Ġesù. Marku kien ħabib mill-​qrib taʼ Pietru, wieħed mill-​appostli taʼ Ġesù. U t-​tabib Luqa kien sieħeb fl-​ivvjaġġar tal-​appostlu Kristjan Pawlu.

Jekk tixtieq li jkollok kopja taʼ dan il-​ktieb, sempliċement imla l-​kupun t’hawnhekk u ibagħtu fl-​indirizz adattat imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​ktieb muri hawnhekk.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.