Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Id-Diżonestà Tinsab Kullimkien!

Id-Diżonestà Tinsab Kullimkien!

Danny a jaħdem għal kumpanija kbira f’Ħong Kong. Waqt li kien qed iżur fabbrika li kienet qed tiġi kunsidrata biex tagħmel xi xogħol għalihom, hu esprima tħassib dwar jekk il-​fabbrika setgħetx tilħaq il-​livelli meħtiġin biex tipproduċi l-​prodotti tal-​kumpanija tiegħu. Iktar tard, waqt l-​ikel, il-​maniġer tal-​fabbrika lil Danny tah envelop. Ġo fih, Danny sab tixħim li kien jammonta għal għaxriet t’eluf taʼ dollari—daqskemm kien jaqlaʼ f’sena.

● L-​esperjenza taʼ Danny mhijiex unika. Madwar id-​dinja, id-​diżonestà qed tikber u tinxtered b’mod tal-​għaġeb. Pereżempju, dokumenti tal-​qorti juru li bejn l-​2001 u l-​2007, kumpanija kbira industrijali Ġermaniża ħallset madwar miljun ewro f’tixħim biex tikseb il-​kuntratti.

Għalkemm saru xi riformi minħabba li reċentement kien hemm skandli taʼ kumpaniji li ġibdu ħafna attenzjoni, is-​sitwazzjoni ġenerali donnha sejra għall-​agħar. Studju li sar fl-​2010 mill-​organizzazzjoni Transparency International sab li madwar id-​dinja, “il-​livelli taʼ korruzzjoni żdiedu f’dawn l-​aħħar tliet snin.”

Għala hawn daqstant diżonestà? L-​onestà—hija prattika? Jekk iva, kif nistgħu nkunu onesti? Tistaʼ tgħinna l-​Bibbja?

[Nota ta’ taħt]

a Xi ismijiet f’din is-​serje ġew mibdulin.