Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kif Nistaʼ Nieħu Pjaċir Nistudja l-Bibbja?

Kif Nistaʼ Nieħu Pjaċir Nistudja l-Bibbja?

Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu

Fuq kollox, għala għandi nistudja l-​Bibbja? Aħseb dwar l-​istudju b’dan il-​mod:

Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek issib teżor. L-​iktar ktieb li qatt inbiegħ fid-​dinja jistaʼ

● Jurik kif tipprepara għall-​aqwa ħajja li qatt jistaʼ jkollok

● Jgħidlek affarijiet dwar il-​futur—u l-​passat—li ma tistax tkun tafhom b’mod ieħor

● Jgħinek titgħallem dwarek innifsek u ssir persuna aħjar a

HEMM bżonn sforz biex tistudja l-​Bibbja, imma l-​benefiċċji huma kbar ħafna! Tixtieq tkun taf kif xi żgħażagħ qed jagħmlu dan? Aqtaʼ u itwi l-​paġna li ġejja. Se jkollok referenza t’għajnuna b’erbaʼ paġni li se turik kif dawk tamparek qed jegħlbu l-​ostakli u jiksbu l-​akbar benefiċċju mill-​istudju persunali tagħhom tal-​Bibbja.

“Fil-​Bibbja hemm xi ħaġa għal kulħadd. Hemm ħafna suġġetti differenti li wieħed jistaʼ jistudja u dak li jkun qatt mhu se jsir jaf kollox dwar il-​Bibbja.”—Valerie. b

Iktar artikli mis-​serje “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu” jistgħu jinstabu fuq il-​Websajt www.watchtower.org/ype

[Noti ta’ taħt]

a Biex issir taf iktar dwar kif il-​Bibbja tistaʼ tagħmel dawn l-​affarijiet kollha għalik, ikkuntattja lix-​Xhieda taʼ Ġeħova lokalment jew ikteb fl-​indirizz xieraq f’paġna 5.

b Xi ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

[Kaxxa/​Stampi fʼpaġni 19, 20]

KIF TISTUDJA L-​BIBBJA

Il-​problema: BLA ĦEĠĠA

“Mhux dejjem ikolli aptit noqgħod siegħa bilqiegħda biex nistudja.”—Lena.

Dak li għandek bżonn: INKURAĠĠIMENT

Biex tieħu pjaċir tistudja l-​Bibbja għandek bżonn twieġeb il-​mistoqsija, Jien x’se niggwadanja? Tixtieq li jkollok ħbiberija m’Alla? tkabbar il-​fehma tiegħek dwar x’qed jiġri fid-​dinja? ittejjeb il-​personalità tiegħek? Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek tagħmel dawn l-​affarijiet—u iktar!

“Tqisx l-​istudju tal-​Bibbja bħala xogħol jew li qisek qed tistudja għall-​iskola. Minflok, qisu bħala mezz kif issir eqreb lejn l-​aqwa Ħabib li qatt jistaʼ kollokAlla Ġeħova.”—Bethany.

“Sessjoni taʼ studju hi l-​ħin persunali tiegħek m’Alla Ġeħova. Jekk tqattaʼ ħin maʼ xi ħadd biss meta jkun hemm il-​ġenituri tiegħek, huwa dan l-​individwu verament il-​ħabib tiegħek jew sempliċement il-​ħabib tal-​ġenituri tiegħek? Jekk tistudja waħdek, Ġeħova jistaʼ jsir il-​ħabib tiegħek.”—Bianca.

Ftakar: “Kull ħaġa fl-​Iskrittura hi l-​Kelma t’Alla. Kollha tiswa biex tgħallem u tgħin lin-​nies, biex tikkoreġihom, u biex turihom kif għandhom jgħixu.” (2 Timotju 3:16, Contemporary English Version) Il-​Bibbja tistaʼ tgħinek b’dawn il-​modi wkoll!

“Jien nipprova niffoka fuq il-​barkiet. Jekk ikolli bżonn nitjieb f’xi ħaġa, l-​istudju hu l-​opportunità tiegħi biex nagħmel dawn l-​affarijiet u ntejjeb lili nnifsi.”—Max.

Aħseb dwar dan:

Lilek x’se jinkuraġġik tistudja l-​Bibbja?

Il-​problema: TIDDEJJAQ

“Wara 10 minuti nistudja, nibda negħja; f’20 minuta jkolli aptit nagħmel xi ħaġa oħra; sa 30 minuta nkun xbajt għalkollox!” —Allison.

Dak li għandek bżonn: KREATTIVITÀ

Uża l-​immaġinazzjoni tiegħek, kemm jekk tinvolvi dak li tistudja, kif tistudja, jew fejn tistudja.

“Ħu l-​ħin biex tagħmel riċerka għall-​mistoqsijiet li jkollok. Meta tistudja dwar xi ħaġa li jkollok f’moħħok, tispiċċa l-​istudju sodisfatt—saħansitra ferħan.” —Richard.

“Hekk kif taqra dwar xi ħaġa, poġġi lilek innifsek fil-​ġrajja. Immaġina li int il-​karattru prinċipali jew spettatur li qed jara dak li qed jiġri. Ipprova ara l-​ġrajja daqslikieku veru qed tiġri quddiemek.”—Steven.

“Agħmel l-​istudju pjaċevoli. Oqgħod bilqiegħda fil-​bitħa u ħu miegħek tazza luminata. Jien inħobb innaqqar xi ħaġa waqt li nkun qed nistudja. Min ma jħobbx?”—Alexandra.

Ftakar: Kultant tistaʼ tiddejjaq minħabba l-​mod kif tħares lejn l-​affarijiet, u mhux għax il-​ħaġa tkun verament taʼ dwejjaq. Għalhekk, minflok ma tgħid “l-​istudju hu taʼ dwejjaq,” għid “jien iddejjaqt.” Ħu r-​responsabbiltà għal kif tqis l-​istudju tiegħek. B’hekk, int se jkollok kontroll u se tissaħħaħ biex tagħmel xi ħaġa dwaru.—Proverbji 2:10, 11.

“L-​istudju persunali m’għandux għalfejn ikun taʼ dwejjaq. Jistaʼ jkun dak kollu li int tridu jkun.”—Vanessa.

Aħseb dwar dan:

Int kif tistaʼ tkun kreattiv fl-​istudju tiegħek?

Il-​problema: M’GĦANDEKX ĦIN

“Jien nixtieq li nistudja l-​Bibbja iktar, imma bi skeda mimlija daqs bajda, l-​akbar sfida tiegħi hi li nsib il-​ħin biex inpoġġi bilqiegħda u nagħmel l-​istudju!”—Maria.

Dak li għandek bżonn: PRIJORITAJIET

Biex issir adult trid titgħallem kif ‘taċċerta ruħek minn dak li hu iktar importanti.’—Filippin 1:10.

“Ommi għenitni nirrealizza li qatt ma kien se jkolli ħin żejjed. Jien kelli nagħmel il-​ħin. Meta ħdimt fuq ix-​xewqa tiegħi biex nistudja, warrabt il-​ħin għalih.”—Natanya.

“Hekk kif kbirt, tgħallimt li għandi nagħmel skeda biex nistudja, u mbagħad nagħmel l-​istudju f’dak il-​ħin, minkejja dak li jkun qed jiġri.”—Yolanda.

“Jekk tpoġġi l-​istudju qabel ir-​rikreazzjoni, nassigurak li se tieħu iktar pjaċir tistudja, u mbagħad meta jkollok ir-​rikreazzjoni ma tħossokx ħati.”—Diana.

Ftakar: Jekk ma tagħmilx prijoritajiet, se titlef il-​kontroll fuq il-​ħin tiegħek u ssir l-​iskjav tiegħu. Ikun ħafna aħjar jekk tieħu l-​inizjattiva u tagħmel il-​ħin għall-​istudju.—Efesin 5:15, 16.

“Bħala student fi skola sekondarja, faċilment nistaʼ nibda nitħasseb dwar affarijiet oħrajn! Madankollu, għalija hu prijorità li nagħmel sforz kuxjenzjuż biex ninkludi l-​istudju tal-​Bibbja persunali fl-​iskeda tiegħi.”—Jordan.

Aħseb dwar dan:

Int liema skeda għall-​istudju tistaʼ tagħmel?

[Kaxxa/​Stampi f’paġna 19]

SUĠĠERIMENTI MINN DAWK TAMPAREK

Zachary—Tistudjax sempliċement dak li qed jistudjaw il-​ġenituri tiegħek u oħrajn. Ikun verament studju persunali meta jkun dwar xi ħaġa li int trid titgħallem dwarha.

Kaley—Ibda bi ftit. Jekk ikun hemm bżonn, agħmel biss ħames minuti, imma agħmlu kuljum. Imbagħad bil-​mod il-​mod tistaʼ żżid il-​ħin tiegħek għal 10 minuti, 15-​il minuta, . . . eventwalment tibda tieħu pjaċir!

Daniela—Dettalji żgħar jistgħu wkoll jagħmlu differenza kbira. Lesti bajrows b’kuluri differenti u pitazz sabiħ, jew oħloq fajl bl-​isem Studju Persunali fuq il-​kompjuter tiegħek.

Jordan—Jekk nagħżel suġġett li jogħġobni, inkun nistaʼ ndum nistudja iktar. Ukoll ikolli bżonn post għall-​kwiet. Ma nkunx nistaʼ nistudja jekk ikun hemm ħafna storbju.

[Dijagramma f’paġna 18]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-test, ara pubblikazzjoni)

Aqtaʼ

Itwi