Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Meta Għandek Tibda Tgħallem lil Uliedek?

Meta Għandek Tibda Tgħallem lil Uliedek?

● Raġel fil-​belt taʼ Summerville, South Carolina, fl-​Istati Uniti tal-​Amerika, kiteb li meta martu kien għad għandha biss tliet xhur tqala, hu beda jimtedd viċin tagħha kull filgħaxija u jaqra mill-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja, li hu t’għajnuna għall-​istudju tal-​Bibbja. “Wara li t-​tifla tagħna, Bethiah, twieldet,” qal il-​missier, “komplejna bl-​istess rutina—storja kull lejl, sakemm qrajna l-​ktieb kollu għal tliet darbiet.”

Hu kompla: “Meta Bethiah bilkemm kienet għadha taf titkellem, diġà kienet tistaʼ tagħraf ħafna mill-​karattri Bibliċi u tirreċta diversi rakkonti Bibliċi diskussi f’dan il-​ktieb. Hi kienet tgħallmet ukoll tgħid bl-​amment xi wħud mill-​istejjer tal-​Bibbja.”

Il-​116-​il storja f’din il-​pubblikazzjoni bi stampi sbieħ u b’tipa kbira jidhru fl-​ordni skont iż-​żmien li fih għexu ħafna mill-​karattri Bibliċi, u b’hekk il-​qarrej ikollu ħjiel tal-​kronoloġija tal-​Bibbja. Jekk tixtieq tirċievi dan il-​ktieb taʼ 256 paġna, imla l-​kupun t’hawn taħt u ibagħtu fl-​indirizz provdut jew f’indirizz xieraq imniżżel f’paġna 5 taʼ din ir-​rivista.

□ Nixtieqkom tibagħtuli kopja tal-​ktieb muri hawnhekk.

□ Jekk jogħġobkom ikkuntattjawni rigward studju tal-​Bibbja fid-​dar bla ħlas.