Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ħarsa Lejn id-Dinja

Ħarsa Lejn id-Dinja

Il-Ġermanja

Fl-2012, waħda mill-ogħla qrati Ġermaniżi qatgħetha li n-nies ma jistgħux formalment jitilqu lil knisja li għandha stat taʼ korporazzjoni pubblika u xorta jibqgħu membri taʼ dik il-komunità reliġjuża. Kattoliċi li jitilqu formalment mill-knisja tagħhom, u b’hekk ma jħallsux taxxa tal-knisja, imma li jibqgħu jipprattikaw ir-reliġjon tagħhom, jistgħu ma jitħallewx jitqarbnu, iqerru, ikollhom pożizzjoni fil-knisja, u jistgħu saħansitra ma jitħallewx jindifnu bil-knisja.

Id-Dinja

Studju tar-reliġjonijiet tad-dinja wera li nies li jgħidu li m’għandhom ebda reliġjon, għalkemm mhumiex neċessarjament atei, issa jgħoddu 1.1 biljun. Dawn kienu t-tielet wara l-Kristjanità b’2.2 biljuni u l-Iżlam b’1.6 biljun. Il-Ħinduiżmu kien ir-rabaʼ b’madwar biljun ruħ.

Il-Ġappun

Xjenzjati Ġappuniżi wrew li “li tfaħħar lil dak li jkun jattiva l-partijiet tal-moħħ relatati maʼ li tirċievi premju,” u dan iwassal għal “sentiment taʼ ferħ.” Is-sejba tidher li tikkonferma l-idea li t-tifħir hu mod tajjeb biex timmotiva lil xi ħadd biex jitjieb.

Il-Bolivja

Lejn l-aħħar tal-2012 sar ċensiment nazzjonali fil-Bolivja. Sabiex iċ-ċensiment isir sewwa, il-Bolivjani kellhom jibqgħu d-dar matul il-ġurnata tal-istħarriġ. Iżjed minn hekk, is-sewqan tal-vetturi privati kif ukoll il-konsum tax-xorb alkoħoliku kienu pprojbiti, u l-fruntieri ngħalqu.

L-Italja

Fi stħarriġ li sar, it-Taljani qalu li, bħala medja, kienu jilagħbu maʼ wliedhom għal 15-il minuta kuljum. “Wieħed minn kull ħames ġenituri biss jaħseb li l-logħob hu edukattiv,” tgħid La Repubblica. Permezz tal-logħob, il-ġenituri jgħinu lil uliedhom jiżviluppaw l-immaġinazzjoni tagħhom u jkollhom “sens taʼ regoli,” jgħid Andrea Angiolino, disinjatur professjonali tal-logħob fuq il-bord.