Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ħarsa lejn id-dinja

Ħarsa lejn id-dinja

L-Afrika, ’l isfel mis-Saħara

“Persentaġġ taʼ 38 fil-mija biss mit-tfal taħt il-ħames snin għandhom ċertifikat tat-twelid,” jgħid rapport tal-UNICEF dwar l-Afrika, ’l isfel mis-Saħara. Madankollu, f’ċerti nħawi f’dik il-parti tad-dinja, “ir-reġistrazzjoni tat-twelid hija essenzjali sabiex it-tfal ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni, kif ukoll sabiex l-iltiema jkunu jistgħu jirtu lill-ġenituri tagħhom,” qalet Elke Wisch, deputat direttriċi reġjonali tal-UNICEF għall-Afrika tal-Lvant u tan-Nofsinhar.

L-Italja

Skont stħarriġ li sar, l-iktar biżaʼ komuni tal-adoloxxenti Taljani hu l-bullying permezz tal-Internet. Fost dawk taʼ bejn it-12 u s-17-il sena, kien hemm 72 fil-mija li qalu li jitkexkxu minnu. Dan il-persentaġġ huwa ogħla minn taʼ dawk li jibżgħu mid-drogi (55 fil-mija), li jiġu abbużati sesswalment minn adult (44 fil-mija), jew li jlaqqtu xi marda trasmessa sesswalment (24 fil-mija).

Il-Ġappun

Bħalma ġie rapportat f’The Japan Times, iktar ma jmur, adulti żgħażagħ Ġappuniżi mhumiex jaċċettaw promozzjonijiet fuq il-post tax-xogħol. Erbgħin fil-mija jqisu n-nuqqas taʼ etika u l-abbundanza taʼ prattiki diżonesti bħala oġġezzjonabbli. Ħafna impjegati jħossu li ma jistgħux jiddiskutu l-opinjoni tagħhom maʼ dawk taʼ fuqhom jew jgħidulhom kif iħossuhom. Filwaqt li dawk taʼ ġenerazzjoni akbar baqgħu jaħdmu mal-istess imgħallem, 60 fil-mija tal-impjegati żgħażagħ issa sempliċement jibqgħu bl-istess impjieg sakemm isibu xogħol aħjar.

Il-Brażil

Mill-1980 sal-2010 nqatlu kważi 800,000 ruħ fil-Brażil bl-armi tan-nar. ’Il fuq minn 450,000 vittma kellhom bejn il-15 u d-29 sena. Studju dwar delitti iktar reċenti juri li l-qtil spiss huwa r-riżultat taʼ tilwim domestiku, konflitti mal-ġirien, għira, jew argumenti bejn is-sewwieqa.