Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

ĠIET DISINJATA?

Sieq iż-żiemel

Sieq iż-żiemel

ŻIEMEL (Equus caballus) jistaʼ jiggaloppja b’veloċità taʼ 50 kilometru fis-siegħa. Għalkemm dan jinvolvi xogħol mekkaniku konsiderevoli, tintuża relattivament ftit enerġija. Dan kif inhu possibbli? Is-sigriet qiegħed fis-saqajn taż-żiemel.

Ara x’jiġri meta żiemel jiggaloppja. Muskoli b’għeruq elastiċi jassorbu l-enerġija meta s-sieq tagħmel pass fuq l-art, u bħal molla, dawn ireġġgħu dik l-enerġija lura u jimbottaw liż-żiemel ’il quddiem.

Iżjed minn hekk, saqajn iż-żiemel hu u jiggaloppja jivvibraw bi frekwenzi għoljin li jistgħu jagħmlu l-ħsara lill-għeruq tiegħu. Madankollu, il-muskoli fis-saqajn jassorbu l-impatti. Ir-riċerkaturi jsejħu din l-istruttura “disinn speċjalizzat ħafna taʼ muskoli b’għeruq” li jipprovdi kemm aġilità kif ukoll saħħa.

L-inġiniera qed jipprovaw jimitaw id-disinn tas-saqajn taż-żiemel biex jużawh f’robots b’erbaʼ saqajn. Però, skont il-Biomimetic Robotics Laboratory tal-Massachusetts Institute of Technology, il-komplessità taʼ dan id-disinn ma tistax tiġi kkopjata faċilment bil-materjali u l-għarfien tal-inġinerija li hawn bħalissa.

Int x’taħseb? L-istruttura taʼ saqajn iż-żiemel ġiet bl-evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?