Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

ĦARSA LEJN ID-DINJA

Kelmtejn dwar l-ambjent

Kelmtejn dwar l-ambjent

Għalkemm id-dinja tipproduċi arja nadifa, ikel bnin, u ilma ħelu, iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar il-bnedmin qegħdin ifixklu dawn il-proċessi naturali. Ix-xjentisti disperatament qed ifittxu s-soluzzjonijiet biex jippreservaw l-ambjent.

L-Awstralja

Huwa stmat li daqs 500,000 kilometru kubu taʼ ilma b’salinità baxxa qiegħed taħt qiegħ l-oċeani tad-dinja. Vincent Post mill-Flinders University f’Adelaide jgħid: “Il-livell tal-baħar [darba] kien ħafna iktar baxx milli hu llum,” u allura l-kosta kienet iktar ’il barra. Dak iż-żmien, ix-xita kienet “timla l-livell tal-ilma taħt l-art f’postijiet li llum jinsabu taħt il-baħar.” Ix-xjentisti jittamaw li dawn ir-riservi taħt il-baħar maż-żmien jistgħu jgħinu lil uħud mill-iktar minn 700 miljun ruħ li għandhom aċċess limitat għal ilma nadif.

Id-Deżert Saħara

Nofs l-ispeċi t’annimali kbar li kienu jinsabu fis-Saħara sparixxew jew tilfu 99 fil-mija tal-abitat tagħhom. Mhumiex biss l-instabilità tar-reġjun u l-kaċċa estensiva li jaħtu għal dan. Għalkemm il-bijodiversità tad-deżerti tħabbatha maʼ dik tal-foresti, ix-xjentisti jagħtu inqas attenzjoni lid-deżerti għaliex m’hemmx appoġġ finanzjarju. Minħabba f’hekk, hu diffiċli għall-konservazzjonisti biex jimmonitorjaw l-ekosistemi tad-deżerti li huma mheddin.

Id-Dinja

Ġie stmat li waħda minn kull tmien imwiet fl-2012 kienet minħabba t-tinġis tal-arja. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, “it-tinġis tal-arja huwa issa l-ikbar riskju taʼ saħħa ambjentali tad-dinja.”