Jismaʼ Alla t-Talb Tiegħek?
Meta titlob, taħseb li Alla vera jisimgħek?
X’TGĦID IL-BIBBJA?
Alla qed jismaʼ. Il-Bibbja taċċertana li “Ġeħova hu qrib dawk kollha li jsejħulu, dawk kollha li jsejħulu bil-verità. . . . U se jismaʼ l-għajta tagħhom għall-għajnuna.”—Salm 145:18, 19.
Alla jridek li titlob lilu. Il-Bibbja tħeġġiġna: “B’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu.”—Filippin 4:6.
Alla vera jimpurtah minnek. Alla jaf eżatt x’qed jinkwetak u x’jagħmlek ansjuż, u hu jrid jgħinek. Il-Bibbja tgħid: ‘Itfgħu l-ansjetà kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtah minnkom.’—1 Pietru 5:7.