Aħna Nistgħu Negħlbu l-Mibegħda!
Ġieli kont vittma taʼ xi tip taʼ mibegħda?
Jekk le, forsi ġieli rajt lil xi nies jobogħdu lil ħaddieħor. Taʼ spiss nisimgħu b’nies li jiġu trattati ħażin għas-sempliċi raġuni li ġejjin minn pajjiż differenti, huma taʼ razza oħra, jew għax huma omosesswali. Minħabba f’hekk, ħafna gvernijiet qed jgħaddu liġijiet biex jittieħdu passi iktar ħorox kontra wħud li juru mibegħda lejn ċertu grupp taʼ nies.
Il-mibegħda ġġib il-mibegħda. Min ikun vittma tal-mibegħda spiss jispiċċa jobgħod hu wkoll. Dan joħloq ċiklu taʼ mibegħda li ma jispiċċa qatt.
Forsi xi ħadd ġieli wera preġudizzju kontrik, waqqgħek għaċ-ċajt, għajrek, jew heddek sempliċement għax ġej minn ċertu pajjiż. Imma ħafna drabi l-mibegħda tinvolvi iktar minn hekk. Xi nies jaġixxu bil-vjolenza bħal bullying, vandaliżmu, stupru, qtil, u saħansitra ġenoċidju.
F’din ir-rivista se niddiskutu l-mistoqsijiet li ġejjin u se naraw kif nistgħu negħlbu l-mibegħda:
Għala hawn daqshekk mibegħda?
Ladarba l-mibegħda ġġib il-mibegħda, x’nistgħu nagħmlu biex inwaqqfuha?
Qatt se jkun hemm żmien meta n-nies ma jobogħdux iktar lil xulxin?