Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-​ĊIKLU TAL-​MIBEGĦDA

3 | Biddel il-Mod Kif Taħseb

3 | Biddel il-Mod Kif Taħseb

X’Tgħallem il-​Bibbja:

“Inbidlu billi ġġeddu moħħkom, biex tagħtu prova lilkom infuskom dwar x’inhi r-​rieda tajba u aċċettabbli u perfetta t’Alla.”RUMANI 12:2.

Xi Jfisser:

Dak li naħsbu huwa importanti għal Alla. (Ġeremija 17:10) Irridu nagħmlu iżjed milli sempliċement nevitaw kliem u azzjonijiet li jweġġgħu. Il-​mibegħda tibda f’moħħna u f’qalbna. Għalhekk, irridu nieqfu naħsbu dwar affarijiet li jġegħluna nobogħdu. B’dan il-​mod biss nistgħu ‘nġeddu moħħna,’ jiġifieri ninbidlu u ma nibqgħux nobogħdu.

X’Tistaʼ Tagħmel:

Aħseb sew kif tħossok dwar oħrajn—speċjalment dawk li huma taʼ razza jew nazzjonalità differenti. Saqsi lilek innifsek: ‘Kif inħares lejhom? L-​opinjoni tiegħi hi bbażata fuq dak li jien naf dwarhom? Jew hi bbażata fuq preġudizzju?’ Evita social media, films, u divertiment li fihom il-​mibegħda u l-​vjolenza.

Il-​Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna nneħħu l-​mibegħda minn moħħna u qalbna

Kultant huwa diffiċli biex neżaminaw sew dak li naħsbu u nħossu. Imma l-​Kelma t’Alla tistaʼ tgħinna nagħrfu “l-​ħsibijiet u l-​intenzjonijiet tal-​qalb.” (Ebrej 4:12) Mela kompli ara x’tgħid il-​Bibbja. Qabbel it-​tagħlim tagħha ma’ kif taħseb int. Imbagħad aħdem iebes biex taħseb bil-​mod kif jogħġob lil Alla. Il-​Kelma t’Alla tgħinna negħlbu mibegħda li tistaʼ tkun ġejja minn dak li naħsbu u nħossu.—2 Korintin 10:4, 5.