KIF TISTAʼ TWAQQAF IĊ-ĊIKLU TAL-MIBEGĦDA
1 | Kun Imparzjali
X’Tgħallem il-Bibbja:
“Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-sewwa hu aċċettat minnu.”—ATTI 10:34, 35.
Xi Jfisser:
Alla Ġeħova * ma jiġġudikaniex skont in-nazzjonalità, ir-razza, il-kulur tal-ġilda, jew il-kultura. Minflok hu jiffoka fuq dak li hu verament importanti—il-ħsibijiet u x-xewqat tagħna. Il-Bibbja tgħid ukoll: “Il-bniedem jara dak li jidher f’għajnejh; imma Ġeħova jara l-qalb.”—1 Samwel 16:7.
X’Tistaʼ Tagħmel:
Għalkemm ma nistgħux naqraw il-qlub, nistgħu nipprovaw nimitaw lil Alla u nkunu imparzjali. Qis lil dak li jkun bħala bniedem individwali u mhux parti minn grupp. Jekk qed tħoss li għandek sentimenti negattivi lejn xi ħadd—forsi għax hu taʼ razza jew nazzjonalità oħra—itlob lil Alla biex ma tibqax tħossok hekk. (Salm 139:23, 24) Jekk b’mod sinċier titlob lil Ġeħova biex jagħtik l-għajnuna ħalli tkun imparzjali, tistaʼ tkun ċert li se jismaʼ t-talba tiegħek u jgħinek.—1 Pietru 3:12.
^ par. 6 Ġeħova huwa l-isem personali t’Alla.—Salm 83:18.
“Qatt ma kont qgħadt bilqiegħda maʼ xi ħadd abjad mingħajr maʼ niġġieled . . . Issa sirt parti minn familja internazzjonali li vera jħobbu lil xulxin.”—TITUS