Il-Mibegħda Qiegħda Kullimkien
Kulħadd qed ibati minħabba l-mibegħda.
Fl-aħbarijiet qed nisimgħu b’iżjed nies li juru l-mibegħda. Pereżempju, in-nies qed jużaw is-social media jew jibagħtu ittri sabiex juru l-mibegħda tagħhom lejn ċertu gruppi taʼ nies. U ħafna nies jispiċċaw vittma taʼ diskriminazzjoni, tgħajjir, theddid, u vandaliżmu. Il-mibegħda qiegħda kullimkien!
Din ir-rivista turi kif nistgħu nieqfu nobogħdu lil oħrajn. Din mhux sempliċi ħolma għax diġà qed issir madwar id-dinja kollha.