Kif Tistaʼ Twaqqaf iċ-Ċiklu tal-Mibegħda
Il-Kelma t’Alla, il-Bibbja, għandha l-qawwa biex tgħin lin-nies jinbidlu għall-aħjar. (Ebrej 4:12) It-tagħlim tagħha għen lil ħafna nies biex ineħħu l-mibegħda li xi darba kellhom lejn nies oħra. Ejja nikkunsidraw erbaʼ pariri mill-Bibbja li għenu lil ħafna nies biex ineħħu l-mibegħda minn qalbhom.