Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

IT-TORRI TAL-GĦASSA Nru. 1 2023 | Saħħa Mentali—Il-Bibbja Tistaʼ Tgħinek

Madwar id-dinja kollha, problemi taʼ saħħa mentali qed jeffettwaw lil miljuni taʼ nies. Ma tagħmilx differenza x’età, edukazzjoni, u reliġjon għandhom, jew minn liema pajjiż huma u kemm jaqilgħu flus. Kollha qed jiġu effettwati! X’inhu mard mentali u kif jeffettwa lin-nies? Din ir-rivista se tiddiskuti kemm hu importanti li tfittex għajnuna professjonali u kif il-Bibbja tistaʼ tgħin b’modi differenti lil dawk li qed jiġu effettwati.

 

Problema Kbira taʼ Saħħa Mentali Madwar id-Dinja

Problemi taʼ saħħa mentali jistgħu jeffettwaw lil nies taʼ kull età jew background. Ara kif il-pariri tal-Bibbja jistgħu jgħinuk.

Alla Jimpurtah Minnek

Għala tistaʼ tkun ċert li Alla Ġeħova hu l-iktar wieħed li jifhem kif tħossok?

1 | It-Talb—Itfaʼ l-Anzjetà Kollha Tiegħek Fuq Alla

Vera li tistaʼ titlob lil Alla dwar kull ħaġa li tinkwetak? It-talb kemm jistaʼ jgħinhom lil dawk li jbatu bl-anzjetà?

2 | Il-Bibbja Tagħtik Kuraġġ

Il-Bibbja tagħtina tama taʼ vera li l-uġigħ emozzjonali mhux se jibqaʼ jeżisti.

3 | Eżempji mill-Bibbja li Jistgħu Jgħinuk

Il-Bibbja fiha rakkonti taʼ rġiel u nisa li ħassewhom bħalna. Dan jistaʼ jgħinna ma nħossuniex waħedna meta nħossu wġigħ emozzjonali.

4 | Il-Bibbja Tagħti Pariri li Jgħinuk

Ara kif meta taħseb fuq versi mill-Bibbja u tagħmel miri raġonevoli jistaʼ jgħinek tkampa mal-problemi taʼ saħħa mentali.

Kif Tgħin lil Dawk li Jbatu b’Saħħa Mentali

Int tistaʼ tagħmel differenza kbira meta tgħin lil ħabib li jbati b’saħħa mentali.