Alla Jimpurtah Minnek
IL-Bibbja fiha l-aqwa pariri għalina għax ġejja mingħand Alla. Mhijiex ktieb dwar is-saħħa, imma tistaʼ tgħinna nkampaw maʼ ċirkustanzi diffiċli, ma’ wġigħ emozzjonali, maʼ problemi taʼ saħħa mentali u fiżiċi, u tgħinna meta ma nibdewx naħsbu b’mod ċar.
L-iżjed importanti, il-Bibbja tgħidilna li l-wieħed li ħalaqna, Alla Ġeħova, a hu l-iżjed wieħed li jistaʼ jifhem kif inħossuna. Hu vera jixtieq jgħinna nkampaw ma’ kull tip taʼ problema li niffaċċjaw. Ara żewġ versi mill-Bibbja li jinkuraġġuna:
“Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; hu jsalva lil dawk li huma mdejqin.”—SALM 34:18.
“Jien, Ġeħova Alla tiegħek, qed naqbdek minn idek il-leminija u ngħidlek, ‘Tibżax. Jien stess ngħinek.’”—ISAIJA 41:13.
Imma Ġeħova kif jgħinna nkampaw mal-problemi taʼ saħħa mentali? Kif se tara fl-artikli li ġejjin, Ġeħova jurina li jimpurtah minna b’ħafna modi.
a Ġeħova hu l-isem personali t’Alla.—Salm 83:18.