Is-Saltna t’Alla—X’Inhi?
Ħafna jitolbu biex tiġi s-Saltna t’Alla. Imma qatt ħsibt dwar x’inhi s-Saltna t’Alla u x’se tagħmel?
IKKUNSIDRA DAK LI TGĦID IL-BIBBJA:
X’inhi s-Saltna t’Alla?
Hi gvern fis-sema mmexxi minn Ġesù Kristu bħala s-Sultan.—Isaija 9:6, 7; Mattew 5:3; Luqa 1:31-33.
X’se twettaq is-Saltna t’Alla?
L-affarijiet ħżiena kollha se ġġibhom fix-xejn u se ġġib paċi għal dejjem għan-nies fuq l-art.—Danjel 2:44; Mattew 6:10.
Xi jfisser li tfittex l-ewwel is-Saltna?
Ifisser li tappoġġja s-Saltna t’Alla u tafda li hi biss se tirranġa l-kundizzjonijiet fuq l-art għall-mod kif jixtieq Alla.—Mattew 6:33; 13:44.