Erbaʼ karrijiet u kuruna jipproteġuk
“Dan irid iseħħ—jekk ma tonqsux li tisimgħu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom.”—ŻAKKARIJA 6:15.
1, 2. X’kienet is-sitwazzjoni tal-Lhud f’Ġerusalemm fi tmiem is-sebaʼ viżjoni taʼ Żakkarija?
HEKK kif spiċċat is-sebaʼ viżjoni taʼ Żakkarija, hu kellu ħafna fuqiex jaħseb. Żgur li ħassu msaħħaħ bil-wegħda taʼ Ġeħova li jikkastiga nies diżonesti. Imma fil-fatt xejn ma kien inbidel. Ħafna xorta kienu għadhom qed jagħmlu affarijiet ħżiena u diżonesti, u l-bini mill-ġdid tat-tempju f’Ġerusalemm ma kienx tlesta. Il-Lhud għala kienu abbandunawh malajr ix-xogħol li kien tahom Ġeħova? Kienu marru lura Ġerusalemm sempliċiment biex itejbu ħajjithom?
2 Żakkarija kien jaf li l-Lhud li marru lura Ġerusalemm kienu aduraturi taʼ Ġeħova. Huma kienu l-uħud li ‘l-ispirtu tagħhom tqanqal mill-Alla l-veru’ biex jitilqu d-djar u n-negozji tagħhom f’Babilonja. (Esdra 1:2, 3, 5) Huma ħallew post li kienu jafu sew biex imorru joqogħdu f’art li ħafna minnhom qatt ma kienu rawha. Il-bini mill-ġdid tat-tempju tant kien importanti għal dawn il-Lhud, li kienu lesti jagħmlu l-vjaġġ perikoluż taʼ xi 1,600 kilometru fuq art muntanjuża u mħarbta.
3, 4. Liema sfidi kellhom il-Lhud li marru lura Ġerusalemm?
3 Immaġina l-vjaġġ twil minn Babilonja għal Ġerusalemm. In-nies kellhom ħafna ħin biex jaħsbu u jitkellmu dwar dik li kienet se tkun id-dar tagħhom. Uħud kbar fl-età kienu qalulhom kemm darba Ġerusalemm u t-tempju kienu sbieħ. (Esdra 3:12) Li kieku kont qed tivvjaġġa magħhom, kif kont tħossok l-ewwel darba li tara ’l Ġerusalemm? Kont tkun imdejjaq li tara l-bini rrovinat miksi ħaxix ħażin u s-swar imġarrfin tal-belt b’toqob kbar fejn darba kien hemm il-bibien u t-torrijiet? Forsi kont tqabbel dawn is-swar imġarrfin mas-swar enormi u b’saħħithom taʼ Babilonja. Imma l-Lhud ma kinux skuraġġiti. Għala le? Għaliex waqt il-vjaġġ twil tagħhom, Ġeħova kien għenhom u pproteġiehom. Hekk kif waslu Ġerusalemm, huma bnew artal fejn qabel kien hemm it-tempju u kuljum bdew joffru sagrifiċċji lil Ġeħova. (Esdra 3:1, 2) Huma kienu mimlijin żelu u lesti biex jaħdmu. Deher li xejn ma setaʼ jwaqqafhom.
4 Flimkien mal-bini mill-ġdid tat-tempju, il-Lhud kellhom jerġgħu jibnu l-bliet u d-djar tagħhom. Huma kellhom bżonn jaħdmu l-għelieqi sabiex ikunu jistgħu jipprovdu ikel għal familthom. (Esdra 2:70) L-ammont taʼ xogħol li kellhom jagħmlu deher enormi. L-għedewwa tagħhom ma damux ma marru u pprovaw iwaqqfuhom. Din l-oppożizzjoni baqgħet għaddejja għal 15-il sena, u l-Lhud bil-mod il-mod saru skuraġġiti. (Esdra 4:1-4) Sfida oħra tfaċċat fis-sena 522, meta s-sultan Persjan ordna li kull bini f’Ġerusalemm jitwaqqaf. Kien jidher li l-belt qatt ma kienet se terġaʼ tinbena.—Esdra 4:21-24.
5. Ġeħova kif għen lill-poplu tiegħu?
5 Ġeħova kien jaf li l-poplu tiegħu kellu bżonn is-saħħa u l-kuraġġ. Sabiex jassigurahom li kien iħobbhom u japprezza l-isforzi tagħhom biex jaqduh, hu ta lil Żakkarija viżjoni tal-aħħar. Hu wiegħed li jipproteġihom jekk jerġgħu lura għax-xogħol li kien tahom. Dwar il-bini mill-ġdid tat-tempju, Ġeħova qal: “Dan irid iseħħ—jekk ma tonqsux li tisimgħu minn leħen Ġeħova Alla tagħkom.”—Żakkarija 6:15.
ARMATA T’ANĠLI
6. (a) Kif bdiet it-tmien viżjoni taʼ Żakkarija? (Ara l-ewwel stampa.) (b) Iż-żwiemel għala kienu taʼ kulur differenti?
6 It-tmien u l-aħħar viżjoni taʼ Żakkarija tistaʼ tkun l-iktar waħda li ssaħħaħ il-fidi minnhom kollha. (Aqra Żakkarija 6:1-3.) Ipprova immaġina dak li ra Żakkarija. “Minn bejn żewġ muntanji” tar-ram aħmar ġew żwiemel jiġbdu erbaʼ karrijiet. Iż-żwiemel kienu taʼ kulur differenti, u dan għamilha faċli biex jingħaraf rikkieb minn ieħor. Żakkarija staqsa: “X’inhuma dawn?” (Żakkarija 6:4) Anke aħna rridu nkunu nafu, għax il-viżjoni taffettwa lilna.
7, 8. (a) X’jirrappreżentaw iż-żewġ muntanji? (b) Il-muntanji għala huma tar-ram aħmar?
7 Fil-Bibbja, il-muntanji jistgħu jirrappreżentaw saltniet, jew gvernijiet. Danjel 2:35, 45) Sa mill-ħarifa tal-1914, meta Ġesù sar Sultan, dawn iż-żewġ muntanji kienu jeżistu u kellhom irwol speċjali f’li jitwettaq l-iskop t’Alla għall-art.
Il-muntanji li Żakkarija ra huma simili għal żewġ muntanji li naqraw dwarhom fil-profezija taʼ Danjel. Waħda minn dawn il-muntanji tirrappreżenta t-tmexxija universali taʼ Ġeħova li hi għal dejjem, u l-oħra tirrappreżenta s-Saltna t’Alla mmexxija minn Kristu bħala s-Sultan tagħha. (Ġeħova għadu qed juża l-anġli tiegħu biex jipproteġi u jsaħħaħ lill-poplu tiegħu
8 Il-muntanji għala huma tar-ram aħmar? Ir-ram aħmar hu metall ileqq taʼ valur kbir. Infatti, Ġeħova qal lill-Iżraelin biex jużaw ram aħmar meta bnew it-tabernaklu u iktar tard it-tempju f’Ġerusalemm. (Eżodu 27:1-3; 1 Slaten 7:13-16) Il-fatt li dawn il-muntanji huma tar-ram aħmar jenfasizza l-kwalità eċċellenti tas-sovranità universali taʼ Ġeħova u tas-Saltna t’Alla mmexxija minn Kristu, li se tgħin lill-bnedmin iħossuhom fis-sigurtà u ġġibilhom ħafna barkiet.
9. X’jirrappreżentaw il-karrijiet u r-rikkieba tagħhom, u x’inkarigu għandhom?
9 X’jirrappreżentaw il-karrijiet u r-rikkieba tagħhom? Dawn jirrappreżentaw anġli, probabbilment gruppi differenti t’anġli. (Aqra Żakkarija 6:5-8.) Huma joħorġu minn “quddiem il-Mulej taʼ l-art kollha” b’inkarigu speċjali. L-anġli jintbagħtu f’postijiet speċifiċi biex jipproteġu l-poplu t’Alla, b’mod partikulari minn Babilonja, “il-pajjiż tat-tramuntana.” B’din il-viżjoni, Ġeħova wera lin-nies tiegħu li qatt ma kienu se jerġgħu jkunu lsiera taʼ Babilonja. Immaġina kemm farraġhom dan lill-bennejja tat-tempju fi żmien Żakkarija! Huma kienu jafu li l-għedewwa tagħhom ma setgħux iwaqqfuhom.
10. Il-profezija taʼ Żakkarija dwar il-karrijiet u r-rikkieba tagħhom kif tistaʼ tgħinna llum?
10 Illum, Ġeħova għadu qed juża l-anġli tiegħu biex jipproteġi u jsaħħaħ lill-poplu tiegħu. (Malakija 3:6; Ebrej 1:7, 14) Sa mill-1919, meta l-poplu taʼ Ġeħova nħeles mill-jasar simboliku taʼ Babilonja l-Kbira, l-għedewwa tiegħu għamlu kulma setgħu biex iwaqqfu l-qima vera milli tikber u tinfirex. (Rivelazzjoni 18:4) Imma ma rnexxilhomx. Peress li l-anġli qed jipproteġu l-organizzazzjoni taʼ Ġeħova, aħna m’għandniex għalfejn nibżgħu li l-poplu taʼ Ġeħova xi darba jerġaʼ jkun ilsir tar-reliġjon falza. (Salm 34:7) Minflok, aħna nistgħu nkunu ċerti li l-qaddejja taʼ Ġeħova madwar id-dinja se jkomplu jikbru spiritwalment. Il-profezija taʼ Żakkarija tgħinna nifhmu li ż-żewġ muntanji jagħtuna sigurtà u protezzjoni.
11. Għala m’għandniex għalfejn nibżgħu mill-attakk li ġej fuq il-poplu t’Alla?
11 Dalwaqt, il-qawwiet politiċi tad-dinja taʼ Satana se jingħaqdu flimkien biex Eżekjel 38:2, 10-12; Danjel 11:40, 44, 45; Rivelazzjoni 19:19) Fil-profezija t’Eżekjel, aħna naraw dawn il-qawwiet jiksu l-art bħal sħab. Dawn rekbin iż-żwiemel u ġejjin b’rabja kbira biex jattakkaw lill-poplu t’Alla. (Eżekjel 38:15, 16) * (Ara n-nota taʼ taħt.) Għandna aħna nibżgħu minnhom? Le! Man-naħa tagħna għandna l-armata taʼ Ġeħova. Matul it-tribulazzjoni l-kbira, l-anġli taʼ Ġeħova se jipproteġu l-poplu tiegħu u jeqirdu lil kull min jopponi t-tmexxija taʼ Ġeħova. (2 Tessalonikin 1:7, 8) X’ġurnata tal-għaġeb se tkun din! Imma min se jmexxi l-armata taʼ Ġeħova fis-sema?
jipprovaw jeqirdu l-poplu t’Alla. (ĠEĦOVA JINKURUNA QASSIS BIEX IKUN SULTAN
12, 13. (a) Ġeħova x’qallu jagħmel lil Żakkarija mbagħad? (b) Kif nafu li r-raġel li jismu Rimja jirrappreżenta lil Ġesù Kristu?
12 Żakkarija kien l-uniku wieħed li ra dawn it-tmien viżjonijiet. Imma mbagħad hu għamel xi ħaġa li oħrajn kienu se jaraw u li kienet se tinkuraġġixxi lil dawk li kienu qed jibnu t-tempju t’Alla. (Aqra Żakkarija 6:9-12.) Tlett irġiel, Ħeldaj, Tobijah, u Ġedaja, waslu minn Babilonja. Ġeħova qal lil Żakkarija biex jiġbor mingħand dawn l-irġiel fidda u deheb u jużahom biex jagħmel “kuruna grandjuża.” (Żakkarija 6:11) Kienet din il-kuruna għall-Gvernatur Żerubbabel, li kien mit-tribù taʼ Ġuda u dixxendent taʼ David? Le. Ġeħova qal lil Żakkarija biex iqiegħed il-kuruna fuq ras il-Qassis il-Kbir Ġożwè. Dan żgur li kien taʼ sorpriża għal kull min kien preżenti.
13 Il-fatt li l-Qassis il-Kbir Ġożwè ġie inkurunat kien ifisser li sar sultan? Le. Ġożwè ma kienx dixxendent taʼ David, u għalhekk ma kienx jikkwalifika biex isir sultan. L-inkurunar tiegħu ta stampa bil-quddiem taʼ x’kien se jiġri lil dak li kien se jsir sultan u qassis għal dejjem, imsejjaħ Rimja. Il-Bibbja tispjega li r-raġel li jismu Rimja hu Ġesù Kristu.—Isaija 11:1; Mattew 2:23. * Ara n-nota taʼ taħt.
14. Bħala Sultan u Qassis il-Kbir, Ġesù liema xogħol jagħmel?
14 Ġesù hu Sultan kif ukoll Qassis il-Kbir. Hu jmexxi l-armata t’anġli taʼ Ġeħova u jaħdem iebes biex jgħin lill-poplu t’Alla jħossu protett f’din id-dinja vjolenti. (Ġeremija 23:5, 6) Dalwaqt, Kristu se jegħleb lill-ġnus hekk kif jappoġġja t-tmexxija t’Alla u jiddefendi l-poplu taʼ Ġeħova. (Rivelazzjoni 17:12-14; 19:11, 14, 15) Imma qabel ma tiġi din il-ġurnata, Ġesù, jew Rimja, għandu xogħol kbir x’jagħmel.
HU SE JIBNI T-TEMPJU
15, 16. (a) Il-poplu t’Alla kif reġaʼ ġie stabbilit u rfinut illum, u minn min? (b) Kif se tkun l-art fi tmiem ir-Renju t’Elf Sena taʼ Kristu?
15 Flimkien maʼ li jkun Sultan u Qassis il-Kbir, Ġesù kien inkarigat biex “jibni t-tempju taʼ Ġeħova.” (Aqra Żakkarija 6:13.) Fl-1919, hu għamel dan ix-xogħol taʼ bini billi ħeles lill-poplu t’Alla mill-influwenza tar-reliġjon falza, Babilonja l-Kbira. Ġesù reġaʼ stabbilixxa l-kongregazzjoni u ħatar “ilsir leali u għaqli.” Dan il-grupp t’aħwa midlukin jidderieġu x-xogħol importanti li qed isir hawn fil-parti tat-tempju spiritwali kbir fuq l-art. (Mattew 24:45) Ukoll, Ġesù kien u għadu qed jirfina l-poplu t’Alla u jgħinhom sabiex jaqdu lil Ġeħova b’mod li jogħġob Lilu.—Malakija 3:1-3.
16 Ġesù u l-144,000 sultan u qassis imseħbin miegħu se jmexxu għal elf sena. Matul dak iż-żmien, huma se jgħinu lill-bnedmin leali biex isiru perfetti. Meta dawn is-slaten u qassisin ikunu wettqu dan ix-xogħol, fuq l-art se jifdal biss aduraturi veri taʼ Ġeħova. Fl-aħħar, il-qima vera se tkun stabbilita mill-ġdid għalkollox!
ĦU SEHEM FIX-XOGĦOL TAL-BINI
17. Ġeħova minn xiex aċċertahom lil-Lhud, u l-messaġġ tiegħu kif affettwahom?
17 Il-messaġġ taʼ Żakkarija kif affettwa lil-Lhud dak iż-żmien? Ġeħova kien wiegħed li jgħinhom u jipproteġihom ħalli jkunu jistgħu jlestu t-tempju. Din il-wegħda tathom tama. Imma xorta setgħu tħassbu dwar kif dax-xogħol kollu setaʼ jsir bi ftit nies biss. Allura Żakkarija qalilhom xi ħaġa li kienet se tneħħilhom il-biżaʼ u d-dubji li kellhom. Flimkien maʼ wħud bħal Ħeldaj, Tobijah, u Ġedaja li kienu marru biex jgħinuhom, Ġeħova qal li ħafna oħrajn kienu wkoll se “jiġu u jieħdu sehem fil-bini tat-tempju taʼ Ġeħova.” (Aqra Żakkarija 6:15.) Il-Lhud kienu ċerti li Ġeħova qed jappoġġja x-xogħol tagħhom. B’kuraġġ reġgħu komplew jibnu t-tempju, avolja s-sultan Persjan kien għamel projbizzjoni uffiċjali fuq ix-xogħol. Din il-projbizzjoni kienet bħal ostaklu enormi, imma wara ftit Ġeħova neħħihulhom. Fl-aħħar, it-tempju tlesta fis-sena 515 QK. (Esdra 6:22; Żakkarija 4:6, 7) Madankollu, dan il-kliem taʼ Ġeħova ddeskriva wkoll xi ħaġa bil-wisq ikbar li qed tiġri fi żmienna.
18. Żakkarija 6:15 kif qed jitwettaq illum?
18 Illum, miljuni taʼ nies iqimu lil Ġeħova. Huma ferħanin li jagħtuh “l-affarijiet prezzjużi” tagħhom, bħall-ħin, l-enerġija u l-affarijiet materjali tagħhom. B’dan il-mod, huma jappoġġjaw it-tempju spiritwali kbir taʼ Ġeħova. (Proverbji 3:9) U nistgħu nkunu ċerti li Ġeħova jqisu taʼ valur l-appoġġ leali tagħna. Ftakar li Ħeldaj, Tobijah, u Ġedaja ġabu fidda u deheb għall-kuruna li għamel Żakkarija. Il-kuruna kienet “tifkira” tal-kontribuzzjoni tagħhom għall-qima vera. (Żakkarija 6:14) Ġeħova qatt mhu se jinsa x-xogħol li nagħmlu u l-imħabba li nuruh.—Ebrej 6:10.
Aħna ferħanin li nagħmlu parti minn organizzazzjoni li hi stabbli, li tipprovdi protezzjoni, u li hi dejjiema
19. Il-viżjonijiet taʼ Żakkarija kif għandhom jaffettwawna?
19 F’dawn l-aħħar jiem, il-poplu taʼ Ġeħova kien kapaċi jagħmel xogħol tajjeb ħafna. Dan kien possibbli minħabba l-barka taʼ Ġeħova u t-tmexxija taʼ Kristu. Aħna ferħanin li nagħmlu parti minn organizzazzjoni li hi stabbli, li tipprovdi protezzjoni, u li hi dejjiema, u aħna nafu li l-iskop taʼ Ġeħova għall-qima pura se jitwettaq. Allura apprezza postok fost il-poplu taʼ Ġeħova u ‘ismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek.’ Imbagħad int tistaʼ tkun protett mis-Sultan u Qassis il-Kbir tagħna u mill-anġli. Agħmel kulma tistaʼ biex tappoġġja l-qima vera. Ġeħova se jżommok fis-sigurtà matul il-bqija taʼ din is-sistema dinjija—u għal dejjem!
^ par. 11 Għal iktar informazzjoni, ara “Mistoqsijiet mill-qarrejja” fit-Torri tal-Għassa tal-15 taʼ Mejju 2015, paġni 27-28.
^ par. 13 Il-kelma “Nazzarenu” ġejja mill-espressjoni Ebrajka “rimja.”