Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Kont taf?

Kont taf?

Ġesù għala kkundanna l-​ħalf?

IL-​Liġi li Alla ta lil Mosè ppermettiet li jsir ċertu ħalf billi n-​nies jgħidu xi ħaġa bħal, “Naħlef fuq Alla,” jew “Naħlef fuq l-​isem taʼ Ġeħova.” Madankollu, fi żmien Ġesù, il-​ħalf tant sar komuni li l-​Lhud kienu jaħilfu għal kull ħaġa taʼ xejn. Huma kienu jagħmlu dan biex dak li jgħidu jkun jistaʼ jitwemmen iktar. Imma għal darbtejn, Ġesù kkundanna din il-​prattika mhix bżonjuża. Hu għallem: “Iżda l-​kelma tagħkom Iva ħa tfisser Iva, u l-​Le, Le.”—Mattew 5:33-​37; 23:16-​22.

Skont it-​Theological Dictionary of the New Testament, it-​Talmud jgħinna naraw kemm kien komuni li l-​Lhud jaħilfu li kliemhom kien veru. Dan hu minħabba li t-​Talmud jispjega bid-​dettall liema ħalf kellu jinżamm u liema setaʼ ma jinżammx.

Ġesù ma kienx l-​uniku wieħed li kkundanna din il-​prattika ħażina. Pereżempju, l-​istorjografu Ġużeppi Flavju kiteb dwar setta Lhudija li evitat il-​ħalf. Membri taʼ din is-​setta kienu jemmnu li l-​ħalf kien agħar mill-​gideb. Huma kienu jaħsbu li jekk persuna kellha taħlef sabiex oħrajn jemmnuha, bilfors li kienet giddieba. Il-​Ktieb taʼ l-​Għerf taʼ Ġożwè Bin Sirak, jew Ekkleżjastiku, (23:11), li hu kitba apokrifa Lhudija, b’mod simili jgħid: “Bniedem li l-​ħin kollu jaħlef jimtela bil-​ħażen.” Ġesù kkundanna li jsir ħalf fuq affarijiet li ma kinux importanti. Jekk dejjem ngħidu l-​verità, m’għandniex għalfejn naħilfu biex dak li ngħidu jkun jistaʼ jitwemmen iktar.