F’Dinja tal-Biżaʼ—X’Se Jgħinek Tkampa?
Iktar ma jgħaddi ż-żmien, tħoss li qed tbati iktar minħabba l-problemi li hawn fid-dinja? Hemm dawn il-problemi fejn toqgħod int?
gwerer
epidemiji
diżastri naturali
faqar
preġudizzju
vjolenza u kriminalità
Meta jiġru affarijiet koroh, ħafna nies ma jkunux jafu x’se jaqbdu jagħmlu u jħossuhom bla tama. Xi nies tant jiġu effettwati li jispiċċaw ma jħossu xejn. Imma fi żminijiet diffiċli, mhux se jgħin jekk xi ħadd jibqaʼ jħossu hekk għal żmien twil.
Meta jiġru affarijiet koroh, importanti li tagħmel xi ħaġa biex tipproteġi lin-nies li tħobb, is-saħħa tiegħek, ix-xogħol u l-affarijiet tiegħek, u tipprova tibqaʼ ferħan.
X’tistaʼ tagħmel biex ma tiġix effettwat daqshekk mill-problemi tad-dinja?