X’Sar Minnu r-Rispett Lejn Oħrajn?
GĦALA HU IMPORTANTI LI NIRRISPETTAW LIL OĦRAJN
Meta nirrispettaw lil oħrajn se nevitaw li sitwazzjoni tmur għall-agħar.
-
Proverbju fil-Bibbja jgħid: “Meta wieħed iwieġeb bil-ħlewwa, itaffi r-rabja, imma meta jwieġeb bl-aħrax, iżidha.” (Proverbji 15:1) Ħafna drabi meta xi ħadd jitkellem u jaġixxi b’diżrispett ikun qiegħed ikompli jagħti n-nar lis-sitwazzjoni.
-
Ġesù qal: “In-nies jitkellmu dwar dak li hemm f’qalbhom.” (Mattew 12:34) Meta nitkellmu bla rispett inkunu qed nuru li għandna problema ikbar. Dan juri li għandna ħarsa negattiva lejn nies taʼ nazzjonalità, background, jew edukazzjoni differenti minn tagħna.
Iktar minn 32,000 persuna minn 28 pajjiż, ħadu sehem fi stħarriġ li sar riċenti u iktar minn nofshom qalu li qatt ma raw daqshekk diżrispett bejn in-nies.
KIF TISTAʼ TURI RISPETT LEJN OĦRAJN?
Meta tkun l-iskola jew ix-xogħol irrispetta lil kulħadd, anki jekk ma taqbilx maʼ xi ħadd. Ipprova sib affarijiet li tistgħu taqblu dwarhom. Dan se jgħinek biex ma tikkritikax jew tiġġudika lil oħrajn.
Tratta lil oħrajn bħalma trid li oħrajn jittrattaw lilek. Jekk tkun qalbek tajba u tkun fair ma’ kulħadd, x’aktarx li huma se jittrattawk bl-istess mod.
Kun lest li taħfer. Agħti lil oħrajn il-benefiċċju tad-dubju billi ma taħsibx li l-persuna riedet tweġġgħek apposta b’dak li qalet jew għamlet.
IX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA X’QED JAGĦMLU?
Fejn jgħixu u fuq il-postijiet tax-xogħol, ix-Xhieda taʼ Ġeħova jaħdmu iebes biex jirrispettaw lil oħrajn.
Aħna noffru tagħlim tal-Bibbja b’xejn lil kulħadd, imma ma nisforzaw lil ħadd biex jemmen bħalna jew jaqbel mal-opinjonijiet tagħna. Minflok, nipprovaw napplikaw dak li tgħid il-Bibbja billi naqsmu l-messaġġ tagħna “bil-ħlewwa u b’rispett kbir.”—1 Pietru 3:15; 2 Timotju 2:24.
Aħna ma nurux preġudizzju u nilqgħu lin-nies kollha li jridu jitgħallmu dwar il-Bibbja fil-laqgħat tagħna. Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jagħmlu l-aħjar tagħhom biex jaċċettaw u ‘jirrispettaw lil kull tip taʼ nies.’—1 Pietru 2:17.
Aħna nirrispettaw l-awtorità tal-gvern fejn ngħixu. (Rumani 13:1) Aħna nobdu l-liġijiet u nħallsu t-taxxi. U għalkemm aħna newtrali fejn tidħol il-politika, nirrispettaw il-fatt li kulħadd għandu dritt għad-deċiżjoni tiegħu fi kwistjonijiet politiċi.