X’Sar Minnu r-Rispett Lejna Nfusna?
GĦALA HU IMPORTANTI LI NIRRISPETTAW LILNA NFUSNA
Nies li jirrispettaw lilhom infushom ikunu iktar kapaċi jiffaċċjaw l-isfidi f’ħajjithom. Huma mhux se jaqtgħu qalbhom malajr.
-
Ir-riċerka turi li dawk li m’għandhomx kunfidenza fihom infushom għandhom ċans li jbatu minn ansjetà, dipressjoni, u diżordnijiet marbuta mal-ikel. Ukoll, hemm iktar ċans li jabbużaw mill-alkoħol u mid-drogi.
-
Nies li jirrispettaw lilhom infushom ma joqogħdux iqabblu lilhom infushom m’oħrajn. Dan jagħmilha iktar faċli biex jingwalawha man-nies u jkollhom ħbiberiji b’saħħithom. Mill-banda l-oħra, dawk li ftit li xejn jirrispettaw lilhom infushom għandhom it-tendenza li jikkritikaw u dan jagħmel ħsara l-ħbiberiji li jkollhom.
-
Nies li jirrispettaw lilhom infushom ma jaqtgħux qalbhom meta jħabbtu wiċċhom mal-problemi. Huma ma jħallu xejn iwaqqafhom milli jilħqu l-miri tagħhom. Imma dawk li għandhom ftit rispett lejhom infushom spiss jaraw sfidi żgħar bħala problemi kbar. Dan jistaʼ jġegħelhom jaqtgħu qalbhom malajr.
KIF TISTAʼ TIRRISPETTA IKTAR LILEK INNIFSEK?
Agħżel ħbieb li se jgħinuk. Agħmilha maʼ nies li jirrispettaw lil oħrajn, li vera jinteressahom minnek, u li se jgħinuk.
Għin lil oħrajn. Meta tkun qalbek tajba u tgħin lil oħrajn, inkluż lil dawk li ma jistgħux ipattulek lura, se tħossok vera ferħan. Int se tkun ferħan anke jekk oħrajn ma jinnotawx dak li tagħmel.
Għin lit-tfal tiegħek jitgħallmu jirrispettaw lilhom infushom. Mod wieħed kif tagħmel dan hu billi tħallihom isolvu l-problemi tagħhom, ovvjament dan jiddependi mill-età tagħhom. Dan jgħin it-tfal jitgħallmu jegħlbu jew isolvu l-problemi. B’hekk se jitgħallmu jirrispettaw iktar lilhom infushom minn meta jkunu għadhom żgħar u anki meta jikbru.
IX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA X’QED JAGĦMLU?
Il-laqgħat u l-istudji tal-Bibbja li joffru x-Xhieda taʼ Ġeħova jgħinu lin-nies ikollhom ħajja aħjar, u b’riżultat taʼ dan ikabbru r-rispett lejhom infushom.
IL-LAQGĦAT TAGĦNA
Fil-laqgħat taʼ kull ġimgħa, aħna jkollna taħditiet sbieħ minn fuq il-Bibbja li spiss ikun fihom suġġerimenti kif ikollna iktar rispett lejna nfusna. Kulħadd jistaʼ jattendi l-laqgħat tagħna u ma jsir l-ebda ġbir taʼ flus. Pereżempju, fil-laqgħat tagħna int se titgħallem . . .
-
kif Alla jimpurtah minnek
-
kif ikollok skop f’ħajtek
-
kif tibni u ssaħħaħ ħbiberiji m’oħrajn
Se tiltaqaʼ wkoll maʼ ħbieb veri li “jieħdu ħsieb lil xulxin.”—1 Korintin 12:25, 26.
Biex titgħallem iktar dwar il-laqgħat tagħna, mur fuq jw.org u fittex għall-vidjow qasir X’jiġri f’Sala tas-Saltna?
L-ISTUDJU TAL-BIBBJA LI NOFFRU
Aħna noffru studju tal-Bibbja b’xejn billi nużaw il-ktieb Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem! Dan il-ktieb jgħin lill-istudent jifhem versi mill-Bibbja permezz taʼ mistoqsijiet effettivi. Fih ukoll stampi u vidjows sbieħ li jgħinuh jifhem il-lezzjoni. L-istudju tal-Bibbja li noffru jgħin lin-nies jirrispettaw lilhom infushom u jibdew jgħixu ħajja aħjar.
Biex tara kif jistaʼ jgħinek studju tal-Bibbja max-Xhieda taʼ Ġeħova, fittex il-vidjow qasir Għala għandek tistudja l-Bibbja? fuq jw.org