Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Il-maħfra tistaʼ titfi l-fjammi t’argument

GĦALL-KOPPJI

4: Aħfru lil xulxin

4: Aħfru lil xulxin

DAN XI JFISSER

Li taħfer ifisser li tħalli nuqqas għaddej u li ma tibqax iżżomm f’qalbek. Li taħfer ma jfissirx li ċċekken l-​iżball jew li tagħmel tabirruħek li qatt ma seħħ.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Komplu ssaportu lil xulxin u aħfru lil xulxin mill-​qalb jekk xi ħadd għandu għalxiex jilmenta kontra ħaddieħor.”—Kolossin 3:13.

“Meta tħobb lil xi ħadd, ma toqgħodx tiffoka fuq l-​imperfezzjonijiet tiegħu, imma minflok tara x’persuna qed jipprova jsir.”—Aaron.

GĦALA HU IMPORTANTI

Li tibqaʼ żżomm f’qalbek jistaʼ jkun taʼ ħsara għalik fiżikament u emozzjonalment, kif ukoll jistaʼ jkun taʼ ħsara għaż-​żwieġ tiegħek.

“Darba minnhom ir-​raġel tiegħi skuża ruħu għal xi ħaġa li kienet weġġgħetni ħafna. Sibtha bi tqila biex naħfirlu. Eventwalment hekk għamilt, imma jiddispjaċini li m’għamiltx hekk mill-​ewwel. Dan ġab ħafna tensjoni bla bżonn fuq ir-​relazzjoni tagħna.”—Julia.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

EŻAMINA LILEK INNIFSEK

La terġaʼ tħossok imweġġaʼ minħabba xi ħaġa li xi ħadd minnkom qal jew għamel, staqsi lilek innifsek:

  • ‘Qed inkun sensittiv iżżejjed?’

  • ‘Huwa n-​nuqqas tant serju li nistenna apoloġija, jew nistaʼ sempliċement ma nagħtix kas?’

IDDISKUTU DAN BĦALA KOPPJA

  • Normalment kemm indumu biex naħfru lil xulxin?

  • X’nistgħu nagħmlu biex naħfru lil xulxin iktar malajr?

SUĠĠERIMENTI

  • Meta tieħu għalik minħabba xi ħaġa, tassumix li r-​raġel jew il-​mara tiegħek għamlitlek hekk apposta.

  • Ipprova skuża l-​persuna l-​oħra fiż-​żwieġ u ftakar li “lkoll nitfixklu ħafna drabi.”—Ġakbu 3:2.

“Hu faċli li naħfru lil xulxin meta t-​tnejn li aħna jkollna tort, imma hu iktar diffiċli meta t-​tort donnu jkun taʼ wieħed biss. Jeħtieġ li tkun veru umli biex taċċetta apoloġija u taħfer.”—Kimberly.

PRINĊIPJU BIBLIKU: “Irranġa malajr.”—Mattew 5:25.

Li tibqaʼ żżomm f’qalbek jistaʼ jkun taʼ ħsara għalik fiżikament u emozzjonalment, kif ukoll jistaʼ jkun taʼ ħsara għaż-​żwieġ tiegħek