Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Introduzzjoni

Introduzzjoni

12-il sigriet taʼ familji li jirnexxu

Nisimgħu ħafna dwar xi jmur ħażin meta l-​familji jfallu. Imma xi jmur tajjeb fil-​familji li jirnexxu?

  • Bejn l-​1990 u l-​2015, ir-​rata tad-​divorzju fl-​Istati Uniti rdoppjat għal dawk li għandhom iktar minn 50 sena u ttriplat għal dawk li għandhom iktar minn 65 sena.

  • Il-​ġenituri huma konfużi: Xi esperti jirrikkmandaw li għandek il-​ħin kollu tfaħħar lit-​tfal, filwaqt li oħrajn jissuġġerixxu li, għalkemm tħobbhom, għandek tkun iebes magħhom.

  • Meta ż-​żgħażagħ isiru adulti mhux qed ikollhom il-​ħiliet neċessarji biex jirnexxu.

Minkejja dan, il-​fatt hu li . . .

  • Iż-​żwieġ jistaʼ jkun barka u għaqda dejjiema.

  • Il-​ġenituri jistgħu jitgħallmu jiddixxiplinaw lil uliedhom bi mħabba.

  • Iż-​żgħażagħ jistgħu jiksbu l-​ħiliet li jkollhom bżonn għal meta jsiru adulti.

Kif? Din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! se titkellem dwar 12-​il sigriet taʼ familji li jirnexxu.